Klieb il-baħar jittestjaw pożittiv għal kokaina
Spiss nisimgħu sabiex ma nħammġux l-ibħra tagħna. Isiru kampanji sħaħ sabiex jedukaw dwar l-importanza milli nżommu l-baħar nadif. Huwa fatt magħruf illi ħmieġ fil-baħar iħalli effetti negattivi fuq diversi speċi.
Eżempju, nistgħu naraw illi meta jixħtu l-plastik fil-baħar, iwassal għal mewt tal-fkieren, b’ konsegwenza li jkun hawn aktar bram, b’ effett negattiv fuq il-bniedem
Kollox iħalli effett fuq il-ħajja marittima. Xjenzati fil-Brażil għamlu xi testijiet fuq tlettax-il kelb il-baħar, u sabuhom pożittivi għal kokaina. Dawn ir-riċerkaturi kienu ilhom jissuspettaw illi dawn il-klieb il-baħar kienu qegħdin jiġu affettwati minn tunnellati ta’ droga li kienet qed tintrema/ titpoġġa fil-baħar mit-traffikanti tad-droga
Ir-riċerkaturi ħadu kampjuni mit-tessuti tal-fwied u tal-muskoli tal-klieb il-baħar. Kollha kienu pożittivi, għalkemm iktar instabet kokaina fit-tessuti tal-muskoli
Għalkemm ir-riċerkaturi ikkonkludew li l-kliem il-baħar ittestjati kollha kellhom il-kokaina, ma waslux f’ konklużjoni dwar kif din id-droga affetwat lil din il-kreaturi