Kont taf kemm għandek tiekol proteina kuljum?
Il-gvern Amerikan ippubblika dokument li bażikament iservi bħala gwida għall-popolazzjoni tiegħu fejn tidħol id-dietà. Fost l-ispunti li ssemmew fit-2020-2025 USDA Dietary Guidelines for Americans, kien hemm ukoll ir-rakkomandazzjoni tal-ammont ta’ proteina li wieħed għandu jiekol ta’ kuljum, kemm skond l-età kif ukoll skond is-sess tiegħu:
- Trabi ta’ bejn 6 u 11-il xahar: 11-il gramma
- Tfal ta’ bejn 1 u 3 snin: 13-il gramma
- Tfal ta’ bejn 4 u 8 snin: 19-il gramma
- Tfal ta’ bejn 9 u 13-il sena: 34 gramma
- Tfajliet u nisa ta’ 14-il sena ‘l fuq: 46 gramma
- Subien ta’ bejn 14 u 18-il sena: 52 gramma
- Irġiel ta’ 19-il sena ‘l fuq: 56 gramma
- Nisa tqal jew li qed jipproduċu l-ħalib: 71 gramma
Biex tifhmu ftit aħjar, meta wieħed jiekol bajda iebsa, jkun qed jiekol 6 grammi proteina, waqt li 85 gramma ta’ tiġieġ fihom madwar 23 u 26 gramma ta’ proteina. Skond l-iskola medika ta’ Harvard, tfajliet u nisa jistgħu jaslu għall-46 gramma ta’ proteina billi jieklu porzjon ta’ yogurt Grieg, madwar 100 gramma sidra tat-tiġieġa, u bowl ċereali bil-ħalib xkumat.