Kont taf li bosta ġenituri iħobbu aktar lill-ewwel wild?
Ovvja, l-ebda ġenitur mhu se jammetti dan. Kulħadd jgħidlek illi lit-tfal iħobbhom kollha, u kollha indaqs. M’hemmx preferenzi bejniethom. Imma bejn il-ġenituri u l-ewwel wild, hemm xi ħaġa speċjali li l-ġenituri ma jgħidux ? Ir-riċerka tgħid li iva, u tikkonkludi li l-ewwel wild hu ippreferut
Probabbli li ħafna minn nies li huma l-ewwel wild se jmorru dan l-istudju, u jgħidu li huma ma setgħu jagħmlu xejn, waqt li ħuthom iżgħar minnhom setgħu jagħmlu affarijiet bla tgergir, eżempju idumu aktar ħin barra
Ir-risposta li tagħti r-riċerka għal din is-sitwazzjoni hi li maż-żmien il-ġenituri ikunu tgħallmu kif jaġixxu f’ ċirkostanza, kuntrarjament għal meta tiġi fuqhom l-ewwel darba
Il-wild il-kbir ikollu il-vantaġġ illi għal ċertu żmien ikun l-uniku. Għaldaqstant l-imħabba u l-attenzjoni ikunu kollha fuqu. Aktar minn hekk bejn l-ewwel wild u l-ġenituri tkun trabbiet ċertu rabta illi diffiċli tneħħiha. Kull wild iġib il-ferħ għall ġenituri, imma s- sensazzjoni li ssir ġenitur għal ewwel darba hi kbira wisq
Forsi ħafna ma jaqblux ma’ din ir-riċerka, anzi jaraw li l-iżgħar wild ikun aktar imfisser
U apparti tal-ġenituri, veru li l-ewwel wild ( neputi) ikun il-favorit tan-nanniet?