Kul dan l-ikel biex iżżomm lilek innifsek frisk dan is-sajf
Is-sħana dejjem qed iżżid u huwa verament importanti li nżommu lilna nfusna dratati f’dawn il-ġranet. Hawn taħt se ssibu lista ta’ ikel bnin li jżommok frisk u idratat matul ix-xhur tas-sajf.
- Id-dulliegħa
- Il-ħjar
- Il-karfus
- Il-frawli
- Il-kiwi
- Il-larinġ
- It-tronġa
- L-għeneb
- Il-banana
- L-avacado
- L-ispinaċi
- Il-prodotti tal-ħalib, inkluż il-ġelat
Fil-ġranet l-aktar sħan, l-inqas aptit li jkollok huwa li tintefa’ mal-forn, issajjar…għalhekk, ikel nutrittiv u san li tista’ tipprepara mingħajr il-bżonn ta’ ħafna tisjir u li jgħinek iżżomm ruħek frisk jinkludi:
- Insalati magħmulin minn ħaxix li fih livell għoli ta’ ilma u li jinkludi proteina dgħejf bħat-tiġieġ jew tofu.
- Ħobż, idealment kiesaħ b’xi ftit perżut, ġobon u ħaxix frisk.
- Wraps tal-qamħ sħiħ mimlijin bil-hummus, ħaxix u sors ta’ proteina.
- Bowl frott, li tinkludi taħlita ta’ frott li semmejna f’dan l-artiklu stess