L-affarijiet li kull Malti u Għawdxi jrid.
L-uman huwa magħruf li jrid ħafna affarijiet, jekk hux kollox. U l-aktar ħaġa interessanti li aħna rridu kollox ħdejna, kemm jista’ jkun fid-dar u l-aktar ‘il bogħod quddiem il-bieb tad-dar. Allura ħa nkunu qegħdin insemmgħu ftit minn ħafna affarijiet li kull Malti u Għawdxi jrid, taħt daru, jekk hux f’daru.
- Nibdew mill-meraviljuż swimming pool fid-dar. Kulħadd jieħu pjaċir isibu lest wara ġurnata sajfija, le?
- Li ssib dak il-post spazjuz u vojt f’bajja mimli nies. Naħseb kulħadd jgħajja jdur u jfittex rokna fil-bajja favorita tiegħu.
- Din famuża, li ssib parkeġġ kull fejn tmur. Ħolma ħelwa imma rriduha.
- Li ma tistenniex ħin żejjed għat-trasport pubbliku.
- Din interessanti; li naħdmu 4 tijiem fil-ġimgħa minflok 5. Immaġinaw, weekend ta’ tliet tijiem.
- Ħwienet internazzjonali jiġu Malta bħal H&M u Primark.
- Serkin bieb ma’ bieb ma’ darek. Imma mingħajr imwejjed, ħalli toqgħod fil-paċi mingħajr storbju.
- Aktar għażla għat-trasport pubbliku.
- L-aħħar waħda għal lum hija li jkollok il-ħdura jew ġnien taħt għajnejk.
Jekk hemm xi affarijiet oħra li taħseb kulħadd irid, niżżilhom fil-kummenti.