L-akkużati ta’ dawn id-delitti f’Għawdex ma kienux instabu ħatja
Biex wieħed jinstab ħati ta’ reat, mhux biss irid ikun hemm is-suspett jew ir-raġuni , imma jkun irid ikun hemm il-provi konkreti illi jorbtu l-akkużat mad-delitt imwettaq. Inkella jaf nispiċaw b’persuna innoċenti ikkundannata l-ħabs. Dawn id-delitti li se nsemmu f’dan l-artiklu twettqu fis-seklu dsatax, fejn persuna misjuba ħatja ta’ delitt, mhux biss etgħet tinbgħat il-ħabs għal snin twal imma setgħet ukoll tiġi ikkundannata għall-mewt bit-tgħalliq. U allaħares persuna innoċenti kienet tieħu dan il-kastig, għaliex wara ikun għalxejn li toħroġ il-verita, għax jaf ikun tard wisq
Matul is-seklu dsatax, saru diversi delitti fil-gżira Għawdxija. Minn dawn kien hemm erba’ delitti li minkejja li persuni ġew akkużati b’dawn l-omiċidji, dawn ma kienux instabu ħatja
F’Settembru tal- 1838, waqt li Ċikku Debrincat kien qiegħed għassa mal-għalqa tal-qoton, għalqa li kienet tinsab fl-inħawi f’Ta’ Kerċem, xi ħadd kien qatlu. Minkejja li l-pulizija kienet akkużat raġel ta’ 35 sena b’dan id-delitt, dan kien inħeles minħabba nuqqas ta’ provi. Tajjeb li nsemmu li dan kien l-ewwel każ f’Għawdex fejnakkużat ma kienx instab ħati ta’ qtil
Għaxar snin wara, fl- 1848, Giovanni Domenico Bonello kien instab maqtul b’daqqiet ta’ sikkina. Bonello kien inqatel fix-Xewkija. B’dan id-delitt kien kienu akkużati żewġ aħwa, madankollu dawn ukoll kienu illiberati minħbba nuqqas ta’ provi
Żagħżugħ ta’ tmintax- il sena kien akkużat u lliberat minn akkużi tal-qtil ta’ Salvu Vella. Vella kien inqatel b’tir f’gerżumtu f’Novembru tal-1862 f’Santa Luċija, rħajjel f’Ta’ Kerċem
Maria Buttigieg kienet inqatlet b’tiri ta’ arma tan-nar fil-Qala , fis-sena 1874. Raġel ta’ 24 sena kien akkużat b’dan l-omiċidju, imma kien ukoll inħeles minħabba nuqqas ta’ provi
Mingħajr ma nidħlu fil-mertu ta’ dawn il-każijiet, Li persuna tiġi akkużata bi qtil, u tiġi lliberata minħabba nuqqas ta’ provi hija xi ħaġa li tqajjem mistoqsijiet. Il-fatt illi x-xjenza forensika kienet għadha l’ bogħod ukoll kien iwassal biex ikun hemm nuqqas ta’ provi. Jista’ jkun ukoll illi min ikun jaf xi ħaġa jibża’ jixhed u allura l-pulizija kien ikollha anqas xhiedha biex issaħħaħ il-każ