L-ewwel ħarsa lejn l-aħħar staġun ta’ Stranger Things…inti fan?

 L-ewwel ħarsa lejn l-aħħar staġun ta’ Stranger Things…inti fan?

Il-fans ta’ Stranger Things issa jistgħu jagħtu titwila lejn ix-xogħol li qed isir sabiex jiġi ffinalizzat l-aħħar staġun tas-serje. Dan se jkun il-ħames staġun tas-serje, li ħarġet għall-ewwel darba fuq Netflix lura f’Lulju tal-2016.

Il-filmat ħareġ fuq il-paġni tal-midja soċjali ta’ Netflix proprju fit-tmien anniversarju tas-serje. Fih dehru numru ta’ xeni li ttieħdu waqt il-filming tal-istaġun finali, li d-data tal-ħruġ tiegħu għadha mhix ikkonfermata. Madanakollu qed jingħad l-istaġun il-ġdid se jkun qed joħroġ fuq Netflix is-sena d-dieħla.

Fil-filmat naraw diversi postijiet familjari bħal Hawkins High School, kif ukoll diversi karattri magħrufin bħal Eleven, Mike, Lucas, Will u Dustin. Finn Wolfhard (Mike) esprima l-eċitament tiegħu li jinsab lura fil-grupp oriġinali, filwaqt li Millie Bobbie Brown (Eleven) irriflettiet fuq kemm kibret minn meta sar il-filming tal-ewwel staġun tas-serje. Hi kellha biss 10 snin.

Il-filmat mill-ewwel kiseb aktar minn miljun viżwalizzazzjoni.

L-ewwel staġun ta’ din is-serje ħarġet fil-15 ta’ Lulju 2016 u kiseb popolarita immedjata propju minħabba d-diversi temi li jesponi u jindirizza. Is-serje tutilizza ħafna elementi tas-snin tmenin, ibda mill-ilbies, mużika u stil ta’ ħajja tal-karattri. Aparti minn hekk għandha wkoll storja li żżommok interessat u tqabbdek kurżita episodju wara episodju u staġun wara staġun.

Inti ħerqan biex tara l-aħħar staġun ta’ Stranger Things? Għidilna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com