L-ikel perfett għal lejla romantika mas-sieħeb jew sieħba tiegħek

 L-ikel perfett għal lejla romantika mas-sieħeb jew sieħba tiegħek

Qed tħoss li għandek bżonn torganizza lejla romantika mas-sieħeb jew sieħba tiegħek? M’hawn xejn aktar romantiku milli taqsam ikla delizzjuża mal-maħbub jew maħbuba tiegħek filwaqt li taraw ix-xemx nieżla u tkunu serviti bl-akbar professjonalità. Hawn taħt, se ngħidulkom platti differenti li jżidu l-atmosfera romantika fil-ħarġa li jmiss mal-maħbubin tagħkom.

L-ewwel platt

L-ewwel platt ideali għal ħarġa romantika jagħtik l-opportunità li tiftaħ l-aptit kemm għal lejla mimlija ikel bnin, kif ukoll għal xi ftit romantiċiżmu. Xi platt Calamari Fritti jew inkella Focaccia għall-forn huma l-isbaħ kumpanija għal bidu ta’ din il-lejla perfetta.

It-tieni platt

Jekk bdejt bil-Calamari Fritti, nirrakkomandawlek tkompli l-ikla bit-tieni platt abbażi ta’ ħut bħal xi Spaghetti Vongole jew Linguini Con Gamberi. Jekk ma tixtieqx tiekol għaġin tista’ ddur għal xi biċċa tonn jew salamun frisk. Jekk minflok tippreferi l-laħam, tista’ tordna xi biċċa Argentinian Ribeye. Inkella xi pizza Capricciosa jew Guancale e Salsiccia.

Id-deżerta

Wara li tkun kilt ikla bnina u mlejt il-ħawsla, m’hemmx mod isbaħ milli tagħlaq il-lejla b’deżerta li tħallik b’togħma ħelwa! Jew xi ġelat jew xi biċċa tiramisu jew almond and lemon meringue, żgur se jwassluk biex is-serata tispiċċa fuq nota ħelwa.

Dan kollu f’post wieħed!

Lest biex tgħix din l-esperjenza romantika? Dan kollu li għadna kemm tkellimna dwaru se ssibu (u aktar!) mingħand La Nave, il-Qawra. Hawn tista’ tara x-xemx nieżla filwaqt li tiekol varjetà ta’ ikel bnin, tixrob xi Negroni jew Spritz u titkellem mal-persuna li l-aktar tħobb.

Allura x’qed tistenna? Irriżerva mejda llum u organizza serata romantika li tibqa’ tiftakar!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com