L-użu tar-rota għandna ninkoraġġuh meta t-tfal ikunu għadhom żgħar
Li Malta it-traffiku huwa eseġerat hija xi ħaġa li jaf kulħadd. Kulħadd jitkellem li hemm bżonn illi t-traffiku jonqos. Tisma’ ħafna soluzzjonijiet, imma kieku biss xi awtorità tipprova tipproponihom, issib ħafna jopponu. Għaliex ? Għax minkejja li kullhadd irid lil ħaddieħor jagħmel xi ħaġa, ftit huma dawk li jridu jagħmlu il-parti tagħhom sabiex jonqos it-traffiku
Waħda mis-soluzzjonijiet sabiex jonqos it-traffiku hu l-użu tar-rota. F’ Malta id-distanzi huma żgħar, u bi ftit qdif naslu minn post għal ieħor. Ħafna jgħidu li ma jużawx ir-rota minħabba li l-infrastruttura mhux addattata. Jista’ jkun li għandhom raġun, imma dik xi ħaġa li tista tiġi irranġata
Li huwa diffiċli biex nibdlu hi il-kultura. Diffiċli li nħeġġu lil dawk li draw bil-karozza sabiex jużaw ir-rota. Imma li kieku ngħallmu lit-tfal u nħeġġukom ikun pass il-quddiem
F’ ċertu pajjiżi, minn età żgħira, mhux biss jgħallmuhom kif jaqdfu r-rota imma kif jimxu mar-regoli tat-traffiku. Waħda mill-inizjattivi hu l-ħolqien ta’ park żgħir fejn tfal isuqu rota. Park li fih ikun hemm affarijiet bħal roundabouts, traffic lights u parking spaces. Kollox qisek qiegħed fit-triq sabiex miċ-ċokon ikunu jafu kif isuqu b’ mod sigur
Li kieku jsir xi ħaġa hekk f’ Malta, taħseb li aktar nies jibdew isuqu rota?