“Lanqas fadalli rokna!” Ara kif tista’ tirbaħ l-ispazju fil-kċina tiegħek
Il-kċina hija waħda mill-kmamar li l-aktar nużaw matul il-ġurnata, partikolarment meta jkollok familja kbira u ssajjar ta’ spiss! Xi kultant, tibda tiġi bejn ħaltejn fejn għandek tpoġġi l-affarijiet u tħossok bħal donnok lanqas fadallek rokna spazju fil-kċina tiegħek. F’dan l-artiklu, bil-għajnuna ta’ PM Hobby, se ngħidulkom eżatt kif tistgħu tirbħu l-ispazju fil-kċina tagħkom.
1. Investi Undersink pull out basket
Meta jkollok under sink pull out basket tkun qed tutilizza l-ispazzju taħt is-sink, filwaqt li torganizza aħjar l-affarijiet tal-indafa tad-dar biex issibhom b’mod aktar faċli meta tiġi biex tużahom. Dan huwa ideali għal persuni li jħobbu jkunu organizzati u jqiegħedu kollox separat. Infatti, dan l-apparat jippermettilek li tqiegħed is-sapun tal-platti u sprays għalihom, kamoxxi, sponoż u ngwanti għalihom u jekk tħobb tixtri tipi differenti ta’ sapun, tista’ tistiva sa massimu ta’ 30kg fuq uħud minn dawn l-under sink pull out baskets.
2. Larder Pull Out Kits
Għal dawk li jħobbu l-organizzazzjoni, il-Larder Pull Out Kits huma perfetti biex tistiva u tissepara kollox wara xi xirja tajba. Jinġibdu l-barra u għandek erba’, ħames jew sitt baskets biex tistiva l-prodotti. Hemm pull out kits jifilħu sa massimu ta’ 70kgs jew anke ta’ 120kgs. Fihom tista’ tistiva soft drinks, laned tal-ikel, għaġin, fliexken tal-inbid jew ilma, dejjem skond il-qies tal-Larder Pull Out Kit li tagħżel.
3. Swivel Corner basket
Kważi kull kċina għandha dik il-kantuniera antipatka li mhux faċli tutilizzaha. Imma bis-swivel corner basket, l-affarijiet li ħa terfa’ fil-kantuniera ħa jduru dawra tond ġol-cupboard stess u b’hekk tkun tista’ tilħaq kollox faċilment. Hija perfetta għall-borom jew laned tal-ikel.
4. Tray għall-pożati
Taf kemm hi tedjanti tiftaħ il-kexxun biex iġġib sempliċiment kuċċarina u tkun taħt is-skiken u l-frieket għax għandek xi geġwiġijja sħiħa. Il-cutlery tray huwa oggett essenzjali fil-kexxun ghaliex tista’ tissepara l-pożati skond kif tippreferi inti. Minnhom għandhom livell wieħed, u minnhom għandhom aktar, sabiex jgħinuk iżżomm lollox pulit u wara kollox inaqqsulek ukoll il-periklu li tweġġa’.
5. Dish Rack għall-kxaxen
Xi kultant fil-kċina tibda titgerfex fejn tfajt xiex. It-tazzi naħa, il-platti naħa oħra…iżda jekk tinvesti f’dish rack żgur se ssibha komda għax fiha tista’ tistiva platti, tazzi u affarijiet oħrajn, f’post wieħed u b’inqas ħela ta’ spazju. Minflok tistiva l-platti kollha fuq xulxin, tistivahom wieqfin, b’hekk tkun faċli iktar biex taqla’ platt.
6. Alternativa oħra għall-cupboards
Jekk ma tixtieqx cupboard ieħor, tista’ tagħmel kexxun, dawn jigu f’kits bil-ġnub u r-runners lesti, filwaqt li l-qiegħ u d-dahar jinħadem skond il-qies li għandek bżonn. Minħabba li dawn tista’ toħroġhom ‘il barra, huwa aktar faċli ssib l-affarijiet, u inqas tbatija milli tinżel kokka u toqgħod tqalleb f’cupboard fond sakemm issib dak li għandek bżonn.
7. Pull out corner Basket
Kont taf li hemm metodu kif l-affarijiet merfugħin fil-kantuniera fonda tal-kċina joħorġu huma meta jkollok bżonnhom milli tinżel għalihom inti? Tista’ tagħmel dan jekk tinstalla pull out baskets fil-cupboard tiegħek.