Liema pajjiżi għandhom l-aħjar storja fil-penalties waqt il-Euro Cup?
Fil-fażijiet tan-knock out ta’ kull kompetizzjoni, inkluż dik tal- Euro Cup, partiti li jispiċċaw f’ parità anki wara l-ħin barrani, ikollhom imorru għal għoti tal-penalties. L-ewwel partita ta’ din is-sena li kellha d-destin tagħha deċiż bl-għoti tal-penalties, kienet il-partita bejn Portugall u Slovenja . Tajjeb li nsemmu li s-Slovenja kien l-ewwel pajjiż li ma rnexxielux jiskorja imqar wieħed waqt il-penalties
Hawn min jgħid li tirbaħ bil-penalties hi kollha fortuna, waqt li oħrajn jgħidu li hemm kapaċità. Biss biss, player u aktar il-goalkeeper irid ikun jiflaħ l-istess u tensjoni li penalties iġibu magħhom
Matul l-istorja ta’ din il-kompetizzjoni kellna aktar minn 20 partita illi ġew deċiżi bl-għoti tal-penalties. L-ewwel partita kienet dik fejn iċ-Ċekoslovakkja għelbu lill-Ġermanja tal-Punent fil-finali tal-1976.
Il-player miċ-Ċekoslovakkja Masny kien l-ewwel player li skurja waqt penalty shootout ta’ din it-tazza. Minn naħa l-oħra, il-Ġermaniż Hoeneb jibqa’ mniżżel fl-istorja bħala l-ewwel player li falla penalty waqt shootout. Iċ-Ċekoslovakkja kienu skurjaw il-penalties kollha tagħhom kontra t-tlieta skurjati mill-Ġermaniżi
Finali oħra deċiża bl-għoti tal-penalties kienet dik tal-aħħar edizzjoni meta l-Italja kienu rebħu lill-Ingilterra ġewwa Wembley. Din ma kinitx l-ewwel partita bejn dawn il-pajjiżi f’ din il-kompetizzjoni deċiża bil-penalties, hekk kif fl-2012 l-Italja kienu eliminaw lill-Ingilterra fil-kwarti tal-finali
L-Italja u Spanja huma l-iktar pajjiżi li rebħu shootouts f’ Euro Cup, b’ erba’ darbiet kull wieħed. Minn naħa l-oħra, l-Ingilterra tilfu 4 partiti b’ dan il-mod
Bilħaqq, biex waslu sal-finali tal-2021, l-Italja kienu rebħu anki s-semifinali bl-għoti tal-finali, kontra Spanja
Bil-kemm tkun qed tħabbat qalbek meta t-tim tiegħek jasal sa penalty shootout?