Meta tieħu ħafna showers, ma tagħmilx ġid biss, imma…
Fl-imgħoddi, il-ħasla tal-persuna ma kinitx issir kuljum bħal ma jsir illum. Nifhmu illi dan kien isir peress illi ma kienx hemm ilma f’kull dar, u allura kienet biċċa xogħol sbaiex wieħed joqgħod iġorr l-ilma u jinħasel kuljum, Illum lanqas biss noħolmuha li ma ninħaslux kuljum. Mur oqgħod b’ilsien erba’ minn nies kieku 🙂 . Kemm jgħidulek li għandek riħa t’għaraq. u jkolhom raġun
Imma hawn min imur fl-estrem u għal ħasla waħda jieħu xi tleta , erbgħa kuljum. Veru tkun qed tneħħi r-riħa t’ għaraq u t-tidlik minn fuqek, u veru ukoll illi shower kiesħa tiffriskak imma meta tinħasel daqshekk spiss tkun qed twassal għal xi effetti negattivi fuq ġismek ukoll
Il-ġilda tagħna għandha saff ta’ żejy, kif ukoll iżżomm fuqha batterja illi jgħinu sabiex il-ġilda tagħna il-bogħod minn ċertu mikrobi u milli tinxef. Jekk taħsel il-ġilda sikwit, speċjalment b’ċertu tipi ta’ sapun, tkun qed tneħħi dawn is-saffi. Dan jista’ jwasal biex ikollna ġilda xotta, qsim fil-ġilda, b’riżultat li jista’ jwasal għal xi infezzjoni jew allerġiji
Apparti dan, is-sistema immunitarja tagħna għandha bżonn stimulazzjoni minn “mikrobi”, inkluż minn dawk li jgħixu fuq il-ġilda tagħna. Jekk wieħed jinħsel ta’ spiss, ma jkunx qed jagħti ċans lil ġisem li jipproduċi dawn l-antibodies
Sapun li huwa antibacterial jaf iħaffef il-proċess sabiex tmut dan is-saff ta’ bacteria naturali
Dan jurina illi minkejja li ninħaslu b’mod regoari huwa bżonnjuż, li nispiċċaw nieħdu ħasla xi erba’ darbiet kuljum jaf ikollha l-konsewenzi