“Mingħajr ġesti żgħar ta’ mħabba, ir-relazzjoni ma twassalx!”

 “Mingħajr ġesti żgħar ta’ mħabba, ir-relazzjoni ma twassalx!”

Fir-relazzjonijiet kollha, kemm jekk miżżewweġ u kemm jekk ilek f’relazzjoni ma’ persuna għal diversi snin, il-ġesti żgħar huma importanti. Messaġġ mill-qalb mis-sieħeb jew sieħba tiegħek jista’ jibdillek ġurnata normali għal waħda speċjali. 

Azzjonijiet żgħar, u ta’ kuljum, għandhom impatt sinjifikanti fuq ir-relazzjonijiet. Ġesti sempliċi u konsistenti ta’ mħabba u apprezzament jaf iqanqlu dawk is-sentimenti li ħassejt fil-bidu tar-relazzjoni jew waqt il-qamar-il għasel. 

Min-naħa l-oħra, meta wieħed ma jagħmilx dawn il-ġesti, jista’ jwassal sabiex ir-relazzjoni tibda tikkawża bħal qisu sens ta’ abbandun. Meta persuna tibda tħoss li mhix apprezzata u stmata, tinħoloq sitwazzjoni diffiċli li tista’ saħansitra twassal għat-tmiem tar-relazzjoni.

Hawn taħt se ssibu 10 modi biex iżżommu s-sieħeb jew sieħba tagħkom kuntenti:

  1. Esprimi l-apprezzament tiegħek b’mod frekwenti; għid grazzi kemm għal affarijiet żgħar u anke kbar.
  2. Ipprijoritizza ħin magħhom; mingħajr interruzzjonijiet u b’mod regolari.
  3. Ikkomunika b’mod miftuħ; kun onest u rispettuż.
  4. Uri l-affett tiegħek b’mod regolari; ġesti żgħar fiżiċi li jġiegħeluk tħossok aktar viċin tagħhom.
  5. Kun ta’ sapport għall-għanijiet tagħhom; inkoraġġihom u għinhom jwettqu l-ħolm tagħhom.
  6. Ikkrea memorji ġodda; agħmlu attivitajiet ġodda flimkien biex iżżommu r-relazzjoni dinamika.
  7. Aċċettaw l-imperfezzjonijiet; kull uman għandu d-difetti tiegħu.
  8. Aħdmu fuq l-umoriżmu; idħku flimkien, naqqsu t-tensjoni żejda u ġibu kuntentizza lil xulxin.
  9. Aħsbu f’xulxin; b’xi sorpriża ta’ ġentili u interrazzjonijiet pożittivi.
  10. Irrispettaw l-ispazju ta’ xulxin; inkoraġġixxu passjonijiet u ħbiberiji personali biex ir-relazzjoni tagħkom tibqa’ bilanċjata.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com