Nibża li meta nsiefer….

 Nibża li meta nsiefer….

Għal uħud meta jsiefru tant hi ħaġa normali li jkunu qishom telgħu ħarġa sal-Belt. Għal maġġoranza, is-safar hu biss ta’ vaganza ta’ xi darba jew darbtejn f’sena. Peress li ma jsiefrux b’mod regolari, ċertu nies ikollhom ftit biżgħat dwar xi affarijiet li jistgħu jiġrulhom waqt li jkun msefrin

Dawn huma uħud mill-biżgħat li xi nies ikollhom:

1) Biża li jitilfu l-ajruplan
2) Biża li l-lukanda jew appartament li bbukjaw kun xi scam
3) Biża li jintilfu minn mal-persuni li jkunu magħhom
4) Jibżgħu illi jkollhom bżonn xi assistenza medika waqt il-vaganza, speċjalment li jkollhom bżonn xi sptar
5) Biża li xi temp estrem jista’ jisfrattalhom il-vaganza
6) Biża li jispiċċaw vittmi ta’ xi att terroristiku jew kriminali
7) Biża li jinqabdu f’xi protesti jew xi strajk
8) Biża li jispiċċaw bla flus

Ħafna, minkejja li jkollhom xi biża li tista’ tqabbadhom ftit ta’ ansjeta isiefru xorta. Jafu li l-probabbita se jieħdu pjaċir, u bi ftit kuraġġ mill-familjar u l-ħbieb, jaslu li jirkbu l-ajruplan u jmorru jqattgħu ftit żmien f’xi pajjiż barrani. Imma hemm oħrajn illi tant għandhom biża mis-safar illi ma jaslu qatt biex isiefru. Għal uħud il-biża tkun kbira wisq. It-terminu mediku tal-phobia mis-safar jissejjaħ Hodophobia jew inkella Trip-a-phobia

Din il-biża mis-safar tista’ tkun ġejja inn diversi fatturi. Eżempju xi esperjenza ħażina tal-passat jew minħabba l-aħbarijiet negattivi illi nkunu smajna spiss dwar pajjiżi oħra. Imma affarijiet ħżiena jistgħu jiġru anki f’pajjiżna. Ħu l-miżuri kollha biex ikollok vaganza tajba, imma ftakar illi inutli toqgħod taħseb dwar x’jista’ jinqala’ , għax tispiċċa titlef il-gost tal-vaganza

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com