Noli, passju jew ħarba

 Noli, passju jew ħarba

Meta t-teknoloġija kienet għadha ma ddominatx id-dinja kollha, inkluż Malta, u meta t-toroq tagħna kienu għadhom siguri, il-maġġoranza kbira tat-tfal kienu għadhom iqattgħu il-ħin liberu tagħhom ” jiġġerrew” fit-toroq. Joħorġu ‘l barra minn djarhom u jitilqu jiġġerrew qalb l-għelieqi jew fit-toroq tal-madwar. Kienu jiltaqgħu ammont ta’ tfal tal-madwar u hemm jintefgħu jilagħbu flimkien, bniet u subien. Jilagħbu logħob sempliċi, logħob li m’hemmx bżonn li l-ġenituri jonfqu mijiet ta’ Ewro għalih. Imma logħob sabiħ, li kienu jilagħbuh flimkien bħala grupp, u mhux logħob individwali fejn dak li jkun ma jikkomunikax ma’ nies oħra

Kien hemm logħob tas-subien, u ieħor tal-bniet, imma ħafna drabi kienu jilagħbu lkoll flimkien. In-noli kienet logħba popolari ħafna. Ma kienx hemm limitu ta’ persuni li setgħu jilagħbu. Persuna b’wiċcha mal-ħajt tgħodd sal mija, u tibda tfittex lil sħabha, li min jaf fejn ikunu staħbew. Mhux li tarahom biss, imma riedet tilħaq tkun lura qabel xi persuna oħra jasal mal-ħajt qabilha

Il-passju l-aktar li kien assoċjat mal-bniet. Impinġi ma’ l-art bil-ġibs jew b’xi ġebla, b’disa’ numri immarkati b’wiħed f’kull kaxxa. Disa’ numri li jirrapreżentaw id-disa’ xhur tat-tqala. Ġebla żgħira li tinxteħet fuq il-passju, u ħalli t-tfal jaqbżu minn kaxxa għal-oħra. Għal bniet ukoll kien hawn il-lasktu jew il-ħabel, żewġ logħbiet li ridt ftit kapaċita għalihom

Xi logħba ħarba kienet tinżel għasel l-aktar mas-subien. Jiġru wara xulxin sabiex jaqbdu lill-“avversarju” tagħhom. Ma nistgħux ma niftakrux fil-logħob tal-boċċi jew taż-żibeġ, żewġ logħbiet illi setgħu jintlagħbu b’diversi modi

Min jaf kemm ingħataw ” kastigi” fil-logħba li ġġib l-istess isem. Spin the bottle . Dawwar il-flixkun u lejn min jiġi ppuntat jaqla’ xi kastig żgħir.

Ara ġejja l-mewt għalik, biex taqlik, biex tixwik, din id-daqqa min tahielek. U ma’ dan il-kliem tingħata d-daqqa , b’dak li jkun jipprova jaqta’ minn niżżel il-pala t’idu f’nofs daharu.

Dawn kienu logħob sempliċi. Hemm oħrajn illi t-tfal kienu jilagħbu, eżempju jibnu l-kampijiet ta’ xi gwerra. U hemm oħrajn li kienu jintlagħbu f’xi akwati biss. Tiftakar xi ħaġa minn dawn il-logħob?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com