Normalment, waqt BBQ isajru l-irġiel, imma ….

 Normalment, waqt BBQ isajru l-irġiel, imma ….

Is-sajf huwa żmien il-barbikjus. Fejn il-baħar, f’xi għalqa jew fuq xi bejt jew terrazzin, ħafna jagħżlu li jqattgħu lejla sajfija mal-familjari jew ħbieb, u waqt li tkun għaddejja diskursata ( u min jaf kemm -il persuna taqa’ f’ilsinna), nieklu xi ħaġa, normalment imsajjra fuq il-barbikju.

Burgers, zalzett (speċjalment mir-roża), laħam , tiġieġ, u forsi anki ħut. Ftit dips bil-galletti, ftit insalata u xi frott ikomplu jimlewna bin-nutrijenti. U ovvjament xi ftit inbid jew birra. Imma biex dan l-ikel isir, xi ħadd irid jissagrifika ħinu u jintefa’ mal-bbq

U biex ngħidu kollox, ħafna drabi ikunu l-irġiel illi jieħdu dan l-inkarigu li jsofru is-sħana ħierġa mill-barbikju. U għalhekk, il-prosit tas-suċċess għandu jingħata lill-irġiel illi jkunu sajjru l-ammont inkredibbli ta’ ikel illi inkunu ħadna magħna

Imma żomm ftit: Għax in-nisa jgħidu li huma ukoll ikunu għamlu l-parti tagħhom. Veru ma jkunux sajjru imma normalment ikunu:
Xtraw il-laħam, burgers u dak kollu meħtieġ għall-ikel
Ippreparaw l-insalati u d-diżerti
Immarinaw il-laħam kif suppost u qagħdu attenti illi t-tiġieġ ma kkontamina l-ebda ikel
Jorganizzaw u jlestu l-platti u l-pożati meħtieġa
Jiżbarazzaw il-platti
Inewlu xi flixkun birra lil irġiel li jkun sajjru

Int x’taħseb? Min ikun ħadem l-aktar biex barbikju ikun suċċess: Dak li sajjar jew min ipprepara? Taf lil xi ħadd illi ma jinqalax minn mal-bbq, imma imbagħad ma jkun ipprepara xejn?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com