Pickpocketing modern
Kull meta nsiefru, nisimgħu xi twissija biex noqgħodu attenti, speċjalment meta nkunu fil-folol minħabba li f’ħafna pajjiżi hemm il-pickpocketers. Xogħol il-pickpocketers hu li b’ħeffa kbira jiġbdulek il-mowbajl jew il-kartiera minn fuqek stess. Mhemmx għalfejn tkun xi wieħed iċċassat biex taqa’ vittma tagħhom. Tant huma esperti li sakemm tinduna, ikunu għosfru
F’daż-żmien, l-ammont ta’ flus kontanti li n-nies iġorru fuqhom naqas sew, u allura il-pickpocketers ma jsibux daqshekk flus x’jisirqu, għax in-nies saru jużaw il-cards. Imma bħal ma n-nies tgħallmu jużaw il-cards, il-pickpocketers tgħallmu jisirqu ukoll, mhux il-cards, imma d-data bżonnjuża
L-electronic pickpocketing huwa tip ta’ krimini modern fejn persuna tisraqlek informazzjoni personali mingħajr biss ma jmissek. L-aktar oġġetti li jinsterqu data minn fuqhom huma dawk li jużaw it-teknoloġija RFID, bħal cards tal-bank. Il-kriminali jużaw apparat ta’ RFID readers sabiex jeħdulek l-informazzjoni li jkollok fuq il-card bħan-numru jew data tal-iskadenza
X’tista’ tagħmel biex tnaqqas ir-riskju ta’ dan is-serq?
– Uża wallets li jkollhom RFID blocking. Dawn huma wallets iddiżinjati sabiex jipprevenu milli l-pickpocketers jagħmlu scan tal-cards tiegħek
– Iżżommx il-cards kollha f’post wieħed, sabiex tevita s-serq tal-cards kollha f’daqa
– Uża passwords b’saħħithom għall-mowbajl tiegħek
– Uża l-funzjonijiet tal-apps biex fejn tista’ titfi l-contactless feature tal-card
Il-kriminali huma persuni intelliġenti. Tavvanza teknoloġija u javvanzaw huma. Oqgħod attent u ħu -miżuri li tista’ sabiex tevita serq