Post tax-xogħol għandu jkun sigur

 Post tax-xogħol għandu jkun sigur

Meta niġu biex nagħżlu post tax-xogħol, ħafna drabi l-aktar ħaġa li nagħtu każ huwa l-paga li se jkollna, jekk finanzjarjament hux se nkunu aħjar. Forsi nħarsu ukoll kemm din il-kumpanija toffrilna opportunità li navvanzaw fil-karriera tagħna. Imma kemm minna inħarsu lejn kemm il-kumpanija toffrilna post minn fejn naħdmu illi huwa sigur, anki f’ każ ta’ xi emerġenza?

Waħda mid-diżgrazzji li jistgħu jinqalgħu fuq post tax-xogħol huwa ħruq. Għalhekk kull post tax-xogħol għandu jkun ippreparat għal din l-evantwalita. Fost affarijiet importanti li hemm bżonn ikun hemm insibu:
– Taħriġ lill-ħaddiema
– Fire extinguishers
– Ħruġ t’ emerġenza
Il-ħaddiema għandhom jingħataw taħriġ dwar kif jużaw l-apparat li jitfi n-nar. Aktar minn hekk għandhom isiru Fire drills b’ mod regolari sabiex jiġu nnutat xi nuqqasijiet. Dawn in-nuqqasijiet osservati għandhom jiġu ndirizzati mill-aktar fis
Il-fire extinguishers mhux xi ħaġa illi inxtraw darba u daqshekk. Għandhom jiġu iċċekjati b’ mod regolari għal xi difett jew skadenza. M’ hemmx x’ tipposponi għax ma tafx meta jista’ jinqala’ xi ħaġa
Ħruġ t’ emerġenza huma importanti sabiex in-nies preżenti ikunu jistgħu iħallu il-binja b’ mod sigur. Importanti illi jkun hemm is-sinjali li jindikaw fejn huma. Huwa importanti illi l-bibien u l-passaġġi illi jwasslu għal ħruġ t’ emerġenza qatt ma jkunu imsakkra jew imblukkati.
Apparti minn hekk, huwa importanti li jkun hemm biżżejjed ħruġ t’ emerġenza jew ikunu kbar biżżejjed biex ikunu jifilħu l-ammont ta’ nies li jkun hemm fil-binja
Meta tagħżlu post tax-xogħol ġdid, tħarsux biss lejn il-flus, imma lejn min jinvesti fis-saħħa u sigurta’ tagħkom
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com