Prodotti rħas ħafna jaf ikunu riżultat ta’ sfruttament inkluż fuq tfal
F’pajjiżna rari naraw xena ta’ xi tfal veru żgħar fuq xi post tax-xogħol, jaħdmu u jiġu sfruttati għal ftit flus minn xi kumpaniji. Pobbabilment, li kieku naraw xena hekk, nagħmlu dmirna u (apparti ntellgħu post fuq facebook) nirrapurtaw lil pulizija/ It-tfal għal qalbna wisq, u nagħmlu minn kollox sabiex nipproteġu lit-tfal Maltin.
Imma din l-imħabba ġenwina lejn it-tfal, tieqaf mat-tfal Maltin biss? X’nagħmlu jekk inkunu nafu illi tfal oħra qed jiġu sfruttati f’pajjiżi oħra? Probbabli ma nagħmlu xejn għax huma wisq il-bogħod, u naħsbu illi ma nistgħux intuhom il-protezzjoni tagħna
Fil-midja, l-aktar dik soċjali, minn żmien għal żmien toħroġ xi allegazzjoni jew sejba illi tfal qed jiġu sfruttati, minn xi kumpaniji kbar. Dawn it-tfal jitqabbdu jagħmlu diversi xogħlijiet, ħafna drabi għal ħinijiet twal ta’ xogħol, u għal paga veru baxxa. Il-kumpaniji jagħmlu dan sabiex ikunu kapaċi jbaxxu l-prezzijiet tal-prodotti tagħhom, prodotti li jesportaw madwar id-dinja kollha
Xi tkun ir-reazzjoni tiegħek jekk issir taf illi dik il-kumpanija li int tixtri minn għandha qed tabbuża mit-tfal? Tieqaf tixtri sabiex il-kumpanija tibda tħoss l-efett finanzjarju (anki jekk żgħir) bin-nuqqas ta’ xiri tiegħek? Jew la ma rajtx l-abbuż fuq it-tfal ma temminx? Jew ladarba għandha prezzijiet tajbin, ma tagħmillekx differenza il-kundizzjoniiet tax-xogħol offruti lill-ħaddiema, inkluż tfal?