Qatt ħsibt għaliex l-umani jitbewsu? Ara minn hawn

 Qatt ħsibt għaliex l-umani jitbewsu? Ara minn hawn

Mistoqsija li forsi staqsejna meta konna żgħar, jew inkella għaddietilna minn moħħna żgur kienet: “imma għaliex in-nies jitbewsu?” Għaliex biex tesprimi l-imħabba tiegħek rabbejna dan il-vizzju li mmissu xoffa ma’ xoffa…u f’ċerti sitwazzjonijiet kważi gerżuma ma’ gerżuma? U għaliex hija xi ħaġa li togħġobna daqshekk? Waħda mir-raġunijiet għal dan tiġi luru mill-preistorja…komplu aqraw.

Minn fejn jingħad li oriġinat il-bewsa?

Skond psikologi evoluzzjonarji, dak li nħarsu lejħ bħala bews illum jista’ jkun ġie mill-mod kif l-ommijiet fi żmien preistoriku kienu jitimgħu lit-trabi. Dan kien magħruf bħala “kiss-feeding” u kien jinvolvi fl-omm tgħomod l-ikel qabel ma titma lit-tarbija u tuża s-saliva biex it-tarbija tkun tista’ tibla’ aħjar. Milli nistgħu nifhmu l-proċess kollu kien qisu bewsa romantika twila…

Iżda hemm raġunijiet oħrajn għaliex kien isir b’dan il-mod. Tarbija tista’ tara biss meta xi ħaġa titpoġġa madwar 20 jew 25 ċentimetru ‘l bogħod minn wiċċha. Għalhekk sa minn meta nkunu żgħar nitgħallmu nirrikonoxxu l-uċuh b’mod spettakolari meta kkumparat ma’ annimali oħrajn.

L-abjad tal-għajnejn evolva wkoll biex jgħina niddistingwu d-direzzjoni tal-ħars ta’ persuna, tant u hekk li n-neurons bħal donnhom jixgħelu meta tinduna li xi ħadd qed iħares lejk u jintfew meta ma jibqgħux iħarsu lejk.

Apparti minn hekk, aħna magħmulin biex nikkupjaw aġir li huwa forma ta’ konnessjoni soċjali, inkluż meta xi ħadd ibusek lura. Meta tabbina dan ma’ kif aħna nfittxu l-konfort, u l-mod kif evolvejna permezz tal-kiss-feeding, nistgħu ngħidu li l-oriġini tal-bewsa ġejja minn eluf u eluf ta’ snin ilu.

Madanakollu l-ewwel istanzi dokumentati ta’ bews romantiku jmur lura għal żmien il-Bronż (madwar 2500-2500 qabel Kristu). Minn dak iż-żmien l’hawn, il-bews sar xi ħaġa tant importanti li beda jitqies bħala l-att finali meta wieħed ikun qed jiżżewweġ f’Ruma l-Antika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com