Qatt smajt bil-Hawala?

 Qatt smajt bil-Hawala?

F’pajjiżna, u f’ħafna pajjiżi Ewropew, meta tkun trid li tibgħat flus lil persuna oħra, nagħmlu użu minn sistemi bankarji regolati. Immorru il-bank jew nużaw is-sistema tal-internet banking tal-bank stess, biex b’mod legali nagħmlu it-transazzjoni. Madankollu, fid-dinja teżisti sistema oħra kif bniedem jittrasferixxi l-flus minn persuna għall-oħra, sistema li hi popolari ħafna. Il-HAWALA!

Il-Hawala hi popolari fl-Afrika u anki f’ċertu pajjiżi Asjatiċi. Fl-Ewropa, mhux biss mhux daqstant popolari, imma hi illegali f’ħafna mill-pajjiżi, għalkemm f’ċertu pajjiżi huma l-brokers biss li jispiċċaw jittieħdu passi kontrihom

Imma x’inhi eżatt il-Hawala? IL-Hawala hija sistema fejn persuna jittrasferixxi l-flus, imma minflok imur il-bank imur għand persuna li jkun igawdi ċertu fiduċja.

Eżempju:
Persuna A tmur għand persuna u tgħaddilu ammont ta’ flus biex tgħaddilu ammont ta’ flus biex itihom lil xi qarib tiegħu f’pajjiż ieħor. Ma’ l-flus, jingħata ukoll messaġġ ( code). Kull ma jrid jagħmel min se jirċievi l-flus hu li jmur jiġbor flusu mingħand il-Hawaladar li jkun fil-pajjiż fejn qed joqgħod wara li jipprovdilu ill-messaġġ

X’inhuma l-iżvantaġġi tal-Hawala?

Kif għidna hija illegali f’ħafna pajjiżi għax hi sistema li mhix irregolata mill-ebda awtorità. Għalhekk tista tagħti lok għal abbuż u frodi, fejn il- vittma ma tantx ikun jista’ jippreżenta evidenza dwar fejn iddepożita flusu

Imma kieku tkun regolata u legali , fiha ukoll xi vantaġġi bħal transazzjoni issir malajr u hemm inqas spejjeż għal transazzjoni

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com