Raqda wara nofsinhar fiha il-benefiċċji
Meta konna żgħar, il-ġenituri kienu jinsistu illi norqdu ftit wara nofsinhar, speċjalment jekk inkunu ħerġin filgħaxija. Min jaf kemm minna kienu jmorru fis-sodda, u jdumu jitqallbu għal ħin twil bla ma jkunu jistgħu jorqdu. U konna mmorru fis-sodda wara ħin nipprotestaw għax ma konniex irridu mmorru norqdu. Konna naraw ir-raqda ta’ wara nofsinhar bħala raqda ta’ kastig
Imma dak li meta konna tfal konna narawh bħala kastig, meta kbirna bdejna narawh bħala barka. U r-raqda ta’ wara nofsinhar, speċjalment fis-sajf tinżel għasel.
Studji differenti li saru urew illi raqda żgħira wara nofsinhar għandha ħafna benefiċċji fosthom
1) Ittejjeb il-memorja
2) Tkun aktar attent dwar x’ qed jiġri madwarek
3) Tnaqqas l-għejja
4) Jkollok burdata aħjar
5) Tnaqqas l-istess
Int kif tħossha tgħinek raqda wara nofsinhar? Jew tqum b’ uġigħ ta’ ras?
U int x’ kont tagħmel biex tiffranka milli tmur torqod wara nofsinhar?