Rodd ħajr lin-NASA għal dawn l-affarijiet

 Rodd ħajr lin-NASA għal dawn l-affarijiet
  1. Memory Foam: Żviluppawh għas-sigurtà tal-kuxins fuq l-ajruplani u llum jintuża f’bosta prodotti għall-kumdità.
  2. Lentijiet li ma jinbarxux: Ir-riċerka tan-NASA biex iħarsu l-visors tal-astronawti wasslet għal lentijiet tan-nuċċalijiet b’kisja biex ma jingirfux.
  3. Braces inviżibbli: Iċ-ċeramika trasparenti fil-braces tas-snien saret għal sistemi spazjali.
  4. Termometri bl-infrared: Issawret biex tkejjel it-temperatura tal-istilel u l-pjaneti u llum tieħu t-temperatura tan-nies mingħajr ma tmisshom.
  5. Sistemi li jsaffu l-ilma: Apparat li jnaddaf l-ilma waqt missjonijiet spazjali fit-tul jagħmel l-istess fid-dar u anki barra.
  6. Pannelli fotovoltajċi: Ħidma tan-NASA biex il-pannelli jkunu iktar effiċjenti fl-ispazju wasslet biex ikollna sistemi aħjar madwarna.
  7. Għodda cordless: Fl-ispazju hemm bżonn għodda bil-batterija u bla wajers; għalhekk, l-għodda cordless inħaddmuha fl-industrija u fid-djar.
  8. Sigurtà fl-avjazzjoni: Innovazzjonijiet fl-għamla tal-vetturi, il-materjali u s-sistemi li xpurnat in-NASA ġew inkorporatijitħaddmu fl-avjazzjoni kummerċjali għal iktar sigurtà.
  9. Digital Image Sensors: It-teknoloġija kruċjali għar-ritratti fl-ispazju ġiet adattata għall-kameras diġitali u l-ismartphones.
  10. Drapp li ma jinħaraqx: Materjali f’vetturi spazjali u spacesuits għall-astronawti jintużaw fi ħwejjeġ protettivi, bħal dawk tal-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.
  11. Id-dwal LED: It-teknoloġija saret biex tagħti d-dawl lill-pjanti fl-esperimenti spazjali. Illum, id-dawl LED huwa mifrux kullimkien.
  12. Idejn u saqajn artifiċjali: In-NASA taħdem fuq appart robotiku u l-kontribut sewa biex l-idejn u s-saqajn artifiċjali jkunu eħfef u aktar funzjonali.
  13. Ritratti mediċi: L-iżviluppi tan-NASA għall-missjonijiet spazjali għenu biex it-teknoloġiji tal-MRI u s-CT jieħu spinta ’l quddiem.
  14. Ħażna tal-ikel: Is-sejbiet fl-istudju tal-priservazzjoni tal-ikel bil-freeze-drying għall-ispazju ikkontribwew għal ikel priservat aħjar.
  15. Software li janalizza l-istrutturi: Xogħol bil-kompjuter biex janalizza l-integrità strutturali tal-vetturi spazjali jitħaddem fl-inġinerija u l-konstruzzjoni.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com