Saqajja jintnu: Għalfejn?

 Saqajja jintnu: Għalfejn?

Fis-sajf ħafna nies ikollhom saqajhom jintnu xi ftit. Imma xi nies ( bejn 10 u 15%) tant ikollhom saqajhom jintnu li jkun diffiċli tissaporti maġenbhom. Forsi uħud jitbissmu u jgħaddu kumment b’ ċajta meta xi ħadd ikollu saqajh jintnu, imma għal persuna innifisha mhux ħaġa tad-daħk. Hawn min lanqas jinża’ ż-żarbun, lanqas għal bżonn ( eżempju f’ xi post fejn jilagħbu t-tfal)

Fis-saqajn wieħed isib ammont kbir ta’ glandoli tal-għaraq, u allura f’ ċertu sitwazzjonijiet bħal wara xi ġirja tajba jew fis-sajf, dawn se jerħu l-għaraq. Responsabbli għar-riħa tinten jistgħu ikunu ukoll il-batterja, illi tgħix minn fuq l-għaraq, jew anki il-fungus

Hemm kategoriji ta’ nies illi huma aktar b’ riskju li jkollhom saqajn jintnu, u mhux tort tagħhom. Dawn huma in-nisa u l-adolexxenti, minħabba l-ormoni.

Raġunijiet oħra li jistgħu iwasslu għal żieda fir-riħa huma meta xi ħadd jilbes żarbun żgħir jew issikkat , ikun jagħmel ħafna ħin bilwieqfa jew ikollu ħafna stress

Minkejja li mhux dejjem tista’ telimina r-riħa kompletament, ta’ lanqas ipprova naqqasha billi:

-Tuża antipersperant spray
-Taħsel u tixxotta saqajk sew
-Tibdel iż-żarbun kull jumejn u jekk hemm bżonn taħsel is-suletti
-Meta tista’ tilbes sandli
-Jekk tkun id-dar, toqgħod ftit ħafi

Dawn huma ftit affarijiet li jistgħu jgħinuk tnaqqas it-riħa ta’ saqajk. Int x’ tagħmel biex saqajk ma jinxtammux?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com