Seba’ kelmiet jibdew bil-Ġ

 Seba’ kelmiet jibdew bil-Ġ

Qatt ħsibt fil-fatt li f’kull ilsien hemm ċertu kliem li jibda bl-istess ittra u li nisimgħuh fid-diskors ta’ kuljum jew nibqgħu niftakruh minħabba l-mod kif jinstema’ jew kif jingħad?

Ftit ilu moħħi bħal inħakem mill-ittra “Ġ” u bdew jirbumbjaw f’moħħi dawn il-kelmiet u oħrajn li jibdew b’din l-ittra. Ħa niffoka fuq 7 minnhom:

  • Ġaħan – Isem li jfakkarna f’dan il-personaġġ marbut mal-folklor Malti – imma anki Mediterranju – u li min jaf kemm smajna stejjer marbutin miegħu u bħala konsegwenza stagħġibna u dħaqna bih. Illum hi kelma li nużaw biex niddeskrivu lil min iġib ruħu b’mod stupidu u irresponsabbli;
  • Ġannat – Verb li nużaw meta ngħaqqdu jew norbtu ħaġa ma’ oħra b’mod temporanju. Lili tfakkarni fix-xogħol li jsir bla ħsieb ta’ xejn jew ta’ malajr, xogħol li wara ftit tifhem li ħa jiswielek iktar biex issolvi l-problema oriġinali;
  • Ġarretta – Meta kont għadni student fl-iskola tal-gvern kont nismagħha spiss f’rabta ma’ idjoma Maltija: “Dejjaqtli l-ġarretta!” Għal min ma jafx din hija l-ġilda li tgħatti r-ras tal-ġenitali maskili;
  • Ġbara jew ġbejna – Spiss nużawhom f’idjomi bil-kelma “Qisu…” qabel. Inkunu qed nirreferu għal xi ħadd li donnu bla saħħa u mhu kapaċi jagħmel xejn, jew hu artab fix-xogħol jew ma jgħaġġilx;
  • Ġenju – Fi tfulitna konna nafuh bħala l-ġenju tal-lampa li jaqtagħlek kull xewqa. Illum nużawha anki ironikament meta xi ħadd mingħalih ħareġ b’xi idea oriġinali imma ma jkun xejn minn dan;
  • Ġenn – Minn dan fuq gżira skoll ċkejken b’mijiet ta’ eluf ta’ nies mid-dinja kollha u daqstant vetturi jiġru fit-toroq insibu kullimkien u m’aħniex neqsin minnu! Fl-idjoma “Tal-ġenn!” il-kelma tista’ tieħu anki tifsira pożittiva biex niddeskrivu ħaġa tajba jew li għoġbitna;
  • Ġungla – Aħna l-Maltin nużaw din il-kelma metaforikament, ladarba ġungli naturali m’għandniex fi gżiritna. Nużawha biex infissru diżordni li nsibu fl-ambjent tal-belt, post iffullat u mifqugħ b’bini, karozzi u attivitajiet differenti li ma jieqfu qatt.

Kliem bil-“Ġ” fil-Malti hemm kemm trid. U din hi biss ittra waħda!

Lilek il-“Ġ” f’liema kelma tfakkrek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com