Sitt benefiċċji tan-nuċċali tax-xemx

 Sitt benefiċċji tan-nuċċali tax-xemx

Matul l-istaġun tas-sajf, ħafna nies jibdew jilbsu in-nuċċali tax-xemx. Hawn uħud illi jkollhom nuċċali tax-xemx, imma jippreferu li minflok igawdu mill-benefiċċji tan-nuċċali, ipoġġuh fuq rashom. Imma l-għan prinċipali tan-nuċċali tax-xemx la hu biex joqgħod fuq rasna u lanqas biex ikun parti mill-ilbies tal-aħħar moda.

In-nuċċali tax-xemx joffrilna ħafna benefiċċji fosthom:

• In-nuċċali tax-xemx jipproteġilna għajnejna mir-raġġi qawwija tax-xemx. Li nilbsu nuċċali, speċjalment meta nkunu esposti għal qawwa tar-raġġi tax-xemx jgħina sabiex ir-raġġi UV li jolqtu għajnejna ikunu inqas b’saħħithom. Bħal ma sunblock jipproteġi il-ġilda, hekk ukoll in-nuċċali jipproteġi lil għajnejn
• Jipproteġilna għajnejna mit-trab. Kulħadd jaf illi f’Malta jagħmel ħafna riħ, bi trab itir minn kullimkien. Nuċċali tax-xemx jgħin sabiex dan it-trab ma jidħolx f’għajnejna u nevitaw il-kumplikazzjoni ta’ xi trab, bħal xi infezzjoni
• Jgħina nevitaw xi inċident waqt is-sewqan- Kultant tkun qed issuq u ix-xemx tiġi eżatt f’għajnejk, b’konsegwenza li bilkemm tibqa’ tara it-triq ta’ quddiemek. Meta wieħed jilbes nuċċali tax-xemx, id-dawl f’għajnejk jonqos, bir-riżultat li tibqa’ tara aħjar waqt is-sewqan
• Nirkupraw aktar malajr wara xi operazzjoni fil-għajn. Meta tagħmel xi intervent fl-għajnejn, mhux l-ewwel darba li tingħata qtar biex titkabbar il-ħabba tal-għajn, b’konsegwenza li jibda dieħel ħafna dawl f’għajnejk. Nuċċali tax-xemx jgħin sabiex jonqos id-dawl li jkun dieħel f;-għajn, għajn li wara intervent tkun sensittiva ħafna għad dawl
• Forsi din ma kontx tafha. In-nuċċali tax-xemx jgħin biex jonqos it-tikmix minn fuq il-ġbin.
• Jgħin lil wiċċ jidher aktar f’simetrija

Dawn huma ftit mill-vantaġġi. Issib xi vantaġġ ieħor fin-nuċċali tax-xemx? Apparti li jintilef, tara xi żvantaġġi?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com