Tħoss is-sħana bil-lejl? 6 affarijiet li tista’ tagħmel biex torqod aħjar

 Tħoss is-sħana bil-lejl? 6 affarijiet li tista’ tagħmel biex torqod aħjar

Meta torqod f’din is-sħana tas-sajf, tista’ tispiċċa tħossok skomdu, partikolarment jekk inti t-tip ta’ persuna li tħoss ħafna sħana bil-lejl. Dan iwassal għal nuqqas ta’ kwalità fl-irqad. Hawn taħt se ssib numru ta’ modi kif tista’ żżomm lilek innifsek frisk bil-lejl biex torqod aħjar.

Evita l-akoħol u ikliet tqal qabel torqod

L-akoħol u l-ikliet tqal jistgħu jiddisturbawlek l-irqad. Filwaqt li l-alkoħol jista’ jgħinek torqod aktar malajr, il-kwalità tal-irqad wara xi xarba papali m’hix se tkun waħda tajba. Illimita lilek innifsek għal tazza waħda bl-akoħol fil-ġurnata u tixrobx alkoħol minn tal-inqas sa erba’ sigħat qabel ma torqod. Evita li tiekol ikel jaħraq, kollu zokkor jew kollu żejt, viċin il-ħin li se tmur torqod.

Ħu banju jew xawer minflok tagħmel eżerċizzju tqil qabel torqod

Issib min qabel ma jorqod jagħmillek xi workout, evita li tagħmel dan għax workout iwassal sabiex it-temperatur tal-ġisem tiżdied. Minflok, qabel ma torqod ħu banju jew xawer frisk biex jgħinek tnaqqas it-temperatura tal-ġisem għal matul il-lejl.

Iffriska l-kamra tas-sodda

Żomm il-kamra tas-sodda friska billi tgħalaq il-blinds matul il-ġurnata. Immira li l-kamra żżomma bejn 15 u 20 gradi celcius. Uża fann biex tiċċirkola l-arja u żżid il-frisk fil-kamra.

Għażel lożor apposta għas-sajf

Apparti li għandek tixtri lożor ħfief apposta għas-sajf, tista’ wkoll tinvesti f’cooling mattress pad jew topper li tgħinek iżżomm is-saqqu frisk. Evita materjal sintetiku li jwassal sabiex taqbad fih is-sħana.

Ilbes piġama ħafifa

Ilbes piġama li ma toqgħodx inkaxxata miegħek, u li hija 100% tal-qoton. Hawn min jirrakkomanda li torqod għarwien sabiex tippermetti lill-ġilda tiegħek biex tieħu nifs matul il-lejl. 

Qum mis-sodda jekk ma tistax torqod

Jekk mhux jirnexxielek torqod bis-sħana, minflok toqgħod fis-sodda tqalleb fil-mowbajl, qum minn hemm, oħroġ barra għal ftit arja friska, jew inħasel bl-ilma frisk biex tnaqqas it-temperatura tal-ġisem. Jekk qed tiġri b’mod frekwenti, ara li tkellem tabib biex tassikura li m’hix kundizzjoni medika.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com