Tliet pariri biex tieqaf thewden qabel ma torqod

 Tliet pariri biex tieqaf thewden qabel ma torqod

Jekk inti t-tip ta’ persuna li qabel ma torqod ħlief thewden ma tagħmlix, dan l-artiklu huwa għalik! Huma diversi dawk li malli rashom tmiss mal-imħadda jibdew jaħsbu jekk tfewx id-dawl tal-kamra tal-banju, imbagħad jiftakru li filgħodu kellhom jibgħatu xi messaġġ lil xi ħadd u nesew, imbagħad jibdew jagħmlu l-lista ta’ xi jmiss jagħmlu l-għada, u jaħsbu dwar jekk dak li qalu lil dik kienx gravi jew le…insomma minn kollox jibda għaddej minn moħħhom. 

Jekk intom ukoll moħħkom jiġri bikom bil-lejl, hawn taħt se ssibu ftit pariri ta’ x’tistgħu tagħmlu.

  1. Ikteb lista ta’ affarijiet li trid tagħmel l-għada – partikolarment jekk malli tidħol fis-sodda tibda taħseb dwar dan. Meta tikteb dak li għandek bżonn tagħmel, tibda tieqaf tinkwieta li se tinsa xi ħaġa, u tonqoslok l-ansjetà.
  2. Ipprattika l-gratitudni – minflok tgħodd in-nagħaġ, għodd dak kollu sabiħ li jkun ġralek dakinhar. Iffoka fuq dak li inti grat għalih…is-saħħa, il-maħbubin tiegħek, dak li ksibt matul il-ġurnata. Ħsibijiet pożittivi tat-tip ineħħulek l-ansjetà li jġib miegħu t-tħassib żejjed.
  3. Uża l-mindfulness – din hija teknika konjittiva li tgħinek tnaqqas l-ansjetà. Fost l-eżerċizzji, hemm li tgħodd minn 100 għal żero, li tagħmel body scan biex tifhem is-sensazzjonijiet ta’ kull parti ta’ ġismek, jew inkella li taħseb fi kliem spirtu pront sakemm torqod. 
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com