Tneħħiha t-teabag qabel ma titfa’ l-ħalib?

 Tneħħiha t-teabag qabel ma titfa’ l-ħalib?

It-tè huwa tip ta’ xarba li ħafna nies iħobbuh. Iżda, xi ħaġa interessanti hi li mhux kulħadd jagħmlu l-istess. Għalkemm hemm togħmiet diversi li jeżistu fid-dinja tat-tè, ħa nkun qiegħed nitkellem fuq it-tè n-normali biex niftiehmu, it-tè Ingliż jinvolvi l-ilma, it-teabag u l-ħalib.

L-aktar mod tradizzjonali kif tixrob it-tè Ingliż huwa li żżid il-ħalib mat-tè iswed. Il-ħalib huwa miżjud mat-togħma tat-tè. Dan huwa magħruf bħala “tè tal-bennej” meta magħmul partikolarment b’saħħtu u ħalib.

Hemm dibattitu fit-tul fost dawk li jixorbu t-tè fl-Ingilterra dwar jekk għandux jitferra l-ħalib l-ewwel jew wara t-tè. Storikament, il-ħalib kien miżjud l-ewwel biex jipproteġi tazzi delikati tal-porċellana mill-qsim meta t-te sħun kien jitferra. Illum il-ġurnata, hija aktar kwistjoni ta’ preferenza personali.

Il-mistoqsija tagħna hi jekk tneħħix it-teabag qabel ma titfa’ l-ħalib, jew inkella titfa’ l-ħalib u tħallih jitħawwad f’daqqa. Min jgħid li aħjar tneħħiha ħalli tħallat il-ħalib sew, u min jgħid iħalliha sabiex jiddeċiedi kemm iridu kark jew bajdani t-tè.

Allura inti, tħalliha t-teabag fil-kikkra jew tneħħiha kemm jista’ jkun malajr?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com