X’deodorant tuża?
Kull parti minn ġisimna rridu nieħdu ħsiebha, u l-abtejn xejn b’inqas. Fil-fatt, taħt idejna huwa sensittiv u rridu nieħdu ħsiebu anke billi nużaw prodotti tajbin. Dan nistgħu nagħmluh billi nużaw deodorant li jkun adattat għalina. Fis-supermarkets ikun hemm minn kull tip ta’ deodorant, imma int, kif għandek tagħżel dak li hu aħjar għalik?
L-aktar tlett tipi ta’ deodorants komuni huma: l-ispray, ir-roll on u anke l-creams. Tajjeb infakkru li dak li jkun m’għandux jaqsamx ir-roll on deodorant tiegħu ma’ ħaddieħor minħabba kwistjoni ta’ iġjene. Dak li jkun jista’ jagħżel bejn perspirant jew anti-perspirant. Deodorant anti-perspirant inaqqas l-ammont ta’ għaraq u idealment ikun tajjeb għal min jogħroq b’mod eċċessiv. Xogħol id-deodorant huwa li joqtol kemm jista’ jkun il-batteri minn taħt l-idejn u normalment ikun magħmul minn bażi ta’ alkoħol. L-antiperspirants pero’ huma magħmula minn materjali oħra li jagħlqu l-glandoli tal-għaraq. Dawn il-prodotti huma siguri imma jkun tajjeb li dak li jkun ma jużahomx għal tul ta’ żmien għal ħafna snin.
X’għandek tikkunsidra xħin ser tagħżel liema deodorant ser tuża?
- Ara fejn ser tkun. Jekk ser tkun xi mkien li trid iktar kontroll u tistħi li ser tkun qed togħroq ħafna, l-anti-perspirant għal dak il-mument ikun l-aqwa għażla.
- Kun ċert li taf x’ tip ta’ ġilda għandek.
- Uża prodotti magħmula minn ingredjenti naturali u delikati. Per eżempju deodorants magħmula minn kristalli tal-potassju jeqilbu ir-riħa tal-għaraq f’riħa iktar naturali. Hemm ukoll deodorants magħmula minn ingredjenti naturali bħal ngħidu aħna klin u salvja.
U int, tagħti kas x’tuża u ma tużax?