X’jagħmlek Malti?

 X’jagħmlek Malti?

Ftit tal-jiem ilu inqalgħet ftit kontroversja għax persuna rebħet konkors tas-sbuħija. Nimmaġina illi ammont kbir ta’ nies, kieku mhux għax rebħet dan il-konkors persuna ta’ karnaġġjon skur u li ma twelditx f’ Malta, la kienu jkunu jafu li sar il-konkors u wisq aktar min rebħu.

Ħafna nies ikkummentaw fuq il-midja soċjali li mhux sew li persuna mhux Maltija rebħet kompetizzjoni f’Malta. L-istess kummenti smajnihom dwar uħud mill-kontestanti ta’ Love Island. Għax dawk mhux Maltin.

Imma x’jagħmilna Maltin eżatt
?

Li nkunu twelidna f’Malta? Imma jekk l-omm u l-missier ikunu qed jgħixu barra minn pajjiżna meta titwieled tarbija, allura t-tarbija mhux xorta Maltija minkejja li mwielda barra?

Li l-ġenituri jkunu Maltin? Tajjeb, imma dawk it-tfal illi ġenitur minnhom ikun barrani, mhux xorta jkun Malti?

Li nitkellmu bil-Malti? Imma f’Malta għandna żewġ lingwi uffiċjali u dak li jkun għandu dritt jagħżel b’liema lingwa jitkellem?

Il-kulur tal-ġilda? U liema hu l-kulur eżatt tal-Malti. Ir-razza Maltija għaddiet u tħalltet ma’ diversi persuni, minħabba diversi ċirkostanzi

Il-karattru? Il-qalb tajba u l-istorbju huma marbuta mal-poplu Malti. Imma mhux il-poplu kollu hu hekk

L-ikel u nuqqas ta’ eżerċizzju. Dawn ukoll huma sinonimi ma’ ħafna nies Maltin. Imma meta ngħidu hekk inkunu qed niġġeneralizzaw

Inkunu qed niġġenneralizzaw, kif qed nagħmlu fuq kollox. Jagħmilna Maltin l-imħabba għal pajjiż, u mhux skont x’kulur hi l-ġilda jew b’liema lingwa nitkellmu

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com