X’taħseb minn metodu differenti kif innaqqsu l-veloċita?
Il-kunsilli lokali spiss ikollhom talbiet sabiex jagħmlu sleeping police f’ xi triq residenzjali. L-għan prinċipali ta’ din it-tumbata hi li dak li jkun inaqqas il-veloċità tal-vettura illi jkun qiegħed isuq. B’ hekk tonqos il-possibbiltà ta’ inċidenti
Madankollu, wara li jsiru dawn is-sleeping police, mhux l-ewwel darba illi l-istess Kunsill jirċievi talba oħra mill-istess residenti sabiex din l-isleeping police titneħħa minħabba li jkun żdied l-istorbju meta il-karozzi jgħaddu minn fuqha
Kunsill f’ raħal żgħir fid-Danimarka għamel biċċa xogħol differenti sabiex dak li jkun ikollu jnaqqas il-veloċità. M’hemmx tumbati , m’hemmx ħsara fil-karozza jekk tgħaddi bis-saħħa minn fuq tumbati u m’hemmx storbju. U ovvjament l-effett li titnaqqas il-veloċità jintlaħaq ukoll
Kif qed taraw fir-ritratt t’hawn fuq, it-triq mhiex dritta. Allura wieħed ikollu jnaqqas il-veloċità biex jgħaddi b’ mod awtomatiku. Mhux hekk biss, imma l-vantaġġ ta’ dan il-proġett hu illi jekk ikun hemm xi siġar fin-nofs, jistgħu jibqgħu hemm, bi gwadann għall-ambjent
X’ taħseb li kieku nippruvaw dan il-proġett f’ xi toroq Maltin ?