X’tippreferi biex torqod: Ftit dawl jew dlam ċappa?
Meta tnejn minn nies jibdew jgħixu flimkien, iġorru magħhom ftit drawwiet illi jkunu trabbew magħhom matul ħajjithom. Tnejn minn nies ikollhom drawwiet u ideat differenti. Jaqblu kemm ikunu jaqblu, dejjem ser ikollhom xi argumenti żgħar dwar kif drawwiet ta’ xi ħadd minnhom jaffettwa lil ieħor
Filgħaxija kulħadd ikun irid jorqod, u kulħadd ikun irid jorqod kif ikun imdorri. Sakemm ikunu imdorrija l-istess, mhux problema, imma hawn koppji li hu ikun imdorri jorqod fi dlam ċappa u hi ma toqgħodx minuta jekk ma jkunx hemm ftit dawl fil-kamra
Id-dlam jgħinek tirrilassa, isserraħ għajnejk u aktar faċli tmur għajnek bik. Min ikun imdorri fid-dlam, lanqas isib problema biex iqum jimxi eżempju tat-toilet. Ikun dara l-ambjent u jasal xorta.
Min ikun imdorri b’ xi night lamp mhux se jorqod fid-dlam. Hawn min jippanikja u saħansitra iħoss qtugħ ta’ nifs fid-dlam
Waħda mis-soluzzjonijiet għal dawn il-koppji hi li jħallu ftit dawl inemnem u xi ħadd jilbes blind folds. B’ hekk kulħadd ikun kuntent u jonqsu l-ġdiedem u tgergir
Int kif tippreferi torqod?