Zalzett u bajd fil-vending machines
Fil-passat, il-vending machines kienu l-aktar assoċjati mal-luminata u l-kafe’. Illum il-ġurnata, bit-teknoloġija avvanzat anki fil-mod kif inhi mibnija vending machine tippermetti illi wieħed isib ħafna prodotti illi jista’ jixtri mill-vending machines
Saħansitra, riċentament f’Malta, fetaħ ħanut illi kien mimli vending machines, fejn stajt tmur f’kull ħin tal-ġurnata u tagħżel dak li kellek bżonn minn ammont ta’ magni differenti
Prodotti sanitarji, kontraċettivi, xi ħobża, ċikkulata, ġelati, pakketti tal-ħelu, u saħansitra mediċini li m’għadekx bżonn riċetta għalihom, bħal paracetamol huma kollha affarijiet li tista’ ssib f’dawn il-magni li jinsabu mxerrda madwar id-dinja kollha
Imma fil-Ġermanja għamlu pass il-quddiem, hekk kif minn dawn il-vending machines, wieħed jista’ jsib jixtri saħansitra zalzett. U f’ċerti magni, hemm l-għażla, saħansitra sa erba’ tipi differenti ta’ zalett. U dan jista’ jkun akkunpanjat minn insalata ta’ patata mixtrija mill-istess magna
L-aktar li qed jitfaċċaw dawn il-magni huma fl-akwati rurali, fejn il-ħwienet ma jibqgħux miftuħa sa tard filgħaxija. Il-vantaġġ tal-vending machines hija li kumpanija tista’ tbiegħ il-prodotti tagħha f’kull ħin, mingħajr il-bżonn illi wieħed iħallas aktar pagi
Il-kumdita u l-effiċenzja ta’ dawn il-magni qed tiġi nnutata min-negozjanti Ġermaniżi tanti li anki qed ipoġġu fihom prodotti li f’Malta m’aħniex imdorrija nsibu f’dawn il-magni, prodotti bħal butir, frott u ħaxix u saħansitra bajd
U jekk taħseb li dan hu dak kollu li qed jinbiegħ mill-vending machine, tajjeb li tkun taf li minn vending machine fil-Ġappun, wieħed isib anki qliezet ta’ taħt, li minkejja li m’hemm l-ebda għaġġla biex tixtrih jekk ħanut ikun magħluq, xorta huwa porodott li tista’ tagħżel