10 frażijiet bil-Malti li tista’ tgħid minflok tkun vulgari
Aħna l-Maltin, sfortunatament magħrufin li niġbdu xi waħda ‘l hemm u ‘l hawn…jew ta’ spiss. Meta jqabbżuhielna, meta ma jifhmuniex, meta nixbgħu…u ġieli għalxejn b’xejn. Iżda ngħidu aħna, biex nesprimu l-frustrazzjoni, ir-rabja, id-dwejjaq u d-disperazzjoni hemm bżonn nidgħu? Ovvjament, mhux sew li titfa’ lil kulħadd taħt l-istess keffa, infatti hawn ħafna persuni li ħolqu frażijiet li jgħinuhom jesprimu lilhom innifishom mingħajr kliem vulgari.
X’inhuma 10 frażijiet bil-Malti li tista’ tgħid biex ma tkunx vulgari?
- Tista’ tispjegali xiz-zokk trid?
- Qażżistli ċ-ċirimelli!
- Is-santa mqatta’! Issa x’se nagħmlu?
- Il-marelli kif qtajtni minn ġewwa!
- Il-ħanina kif għajjejtni!
- Kemm insibek fit-tina!
- Ħaqq għall-ħanżira, aqtagħha naqra!
- Qattus it-torok! Bis-serjetà?
- Ħaqq xejn…għal darboħra mela!
- Nirrah issir tad-deheb, kemm int fitt!