10 kwalitajiet li juru biċ-ċar li inti persuna twajba
Inti u tgħix f’dinja fejn xi kultant jiġik kollox kuntrarju, li tkun persuna twajba hija virtu kbira…biex ma nsejħuliex vokazzjoni. Huwa għan li ħafna jippruvaw jilqħu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, iżda li ħafna drabi wieħed iħares lejha b’perspettivi differenti. Madanakollu, hemm kwalitajiet fundamentali li juru li inti verament persuna tajba. Dawn huma:
-
- Caption: Tafu lil xi ħadd li huwa xempju ta’ dawn il-kwalitajiet? Ittaggjawhom fil-kummenti!
- Tkun empatika – kapaċi tifhem u taqsam is-sentimenti li qed iħoss ħaddieħor. It-tip ta’ persuna li tikkunsidra lil ta’ madwarha u turi ħniena sabiex dawk ta’ madwarha iħossuhom valorizzati u mifhuma.
- Tkun ta’ integrità – kapaċi tkun onesta u ssegwi prinċipji morali b’saħħithom. Ifisser li tagħmel it-tajjeb, anke meta ħadd mhu qed jaraha. Persuna li tista’ tafda.
- Tkun ġentili – tagħmel ġesti li jistgħu jagħmlu impatt sinjifikanti fuq il-ħajja tal-oħrajn. Kemm jekk tgħin lil xi ġirien, tagħmel xi volontarjat, jew sempliċiment bi tbissima.
- Tkun taf tirrispetta – dan ifisser li tirrispetta d-drittijiet, l-opinjonijiet u s-sentimenti ta’ dawk ta’ madwarha, irrilevanti mil-liema sfond ta’ ħajja ġejjin.
- Tkun responsabbli – jiġifieri tieħu responsabbilta għall-azzjonijiet tagħha u taċċetta li magħhom jiġu ċertu konsegwenzi. It-tip ta’ persuna li kapaċi tammetti li żball kien tagħha u ma tippruvax tweħħlu f’ħaddieħor.
- Tkun ġeneruża – dan ma jfissirx biss li tagħmel donazzjonijiet għall-karità. Jinkludi wkoll li persuna taqsam il-ħin, l-enerġija u t-talenti tagħha mal-oħrajn mingħajr ma tistenna xejn lura.
- Tkun umli – jiġifieri tkun kapaċi tifhem li mhix perfetta u ma tafx kollox, u allura tibqa’ dejjem lesta biex titgħallem u tikber.
- Tkun paċenzjuża – allura kapaċi tibqa’ kalma meta taffaċċja sfidi fil-ħajja u tippermetti lil ta’ madwarha ż-żmien li għandhom bżonn mingħajr ma toħloq stress żejjed.
- Tkun kapaċi taħfer – jiġifieri tkun kapaċi titlaq ir-rabja u r-riżentiment għal sitwazzjonijiet negattivi li tgħaddi minnhom sabiex tkun tista’ timxi ‘l quddiem. Ma jfissirx li taċċetta u tinsa dak li għaddiet minnu, iżda tippermetti lilha nnifisha li ma tibqax influwenzata minn emozzjonijiet negattivi.
- Turi attitudni pożittiva – tħares lejn it-tajjeb fil-ħajja u fil-persuni ta’ madwarha. Ma jfissirx li tinjora l-problemi, iżda tħares lejhom b’mentalità li minflok tkissrek, tgħinek tasal għal soluzzjonijiet.