11-il ħaġa li għandek tagħmel jekk qed tħossok konfuż fir-relazzjoni tiegħek
Ir-relazzjonijiet huma mimlijin emozzjonijiet – imħabba, kuntentizza, eċitament – iżda minkejja kollox, jistgħu jġibu magħhom ukoll livell ta’ konfużjoni. Jekk mhux tħossok sikur/a dwar ir-relazzjoni tiegħek, tinkwetax, dawn is-sentimenti jħossuhom ħafna, m’intix sikurament waħdek u m’għandek xejn ħażin. Hawn taħt se ngħidulkom 11-il pass li tista’ tieħu biex taffaċċja l-konfużjoni u tikkjarifika s-sentimenti tiegħek.
- Agħti ċans – partikolarment fejn jidħlu relazzjonijiet ġodda, għandek tagħti ftit xhur biex tara jekk l-affarijiet jittranġawx qabel ma tieħu deċiżjoni.
- Tkellem mas-sieħeb jew sieħba tiegħek – ikkomunika b’mod miftuħ dwar is-sentimenti tiegħek. Is-sieħeb jew sieħba tiegħek jista’ jkun li forsi qed iħossuhom l-istess u meta jkollok konverżazzjoni miftuħa u onesta tista’ tiċċara dak li forsi qed iħawdek.
- Qis li tkompli għaddej b’ħajtek – qatt m’għandek titlef lilek inniffsek f’relazzjoni. Żomm l-interessi tiegħek u l-ħbiberiji tiegħek u ara jekk is-sieħeb jew sieħba tiegħek verament jidħlux fil-ħajja tiegħek.
- Evalwa r-relazzjoni – ara jekk verament hemmx ir-rispett u s-support neċessarju. Jekk dawn ma jeżistux, il-konfużjoni tista’ tkun sinjal ta’ problemi aktar serji.
- Irrikonoxxi s-setimenti – huwa normali li jiġuk id-dubji. Xi kultant, il-konfużjoni hija parti mill-proċess, speċjalment fl-imħabba.
- Irrifletti fuq l-emozzjonijiet – ħu ż-żmien tiegħek biex tifhem x’qed iwassal għall-konfużjoni. Forsi rrikorri għall-kitba, jew tkellem ma’ xi ħadd li tafda biex jgħinek tikkjarifika l-ħsibijiet tiegħek.
- Ikkomunika b’mod miftuħ – tkellem mas-sieħeb jew sieħba tiegħek mingħajr ħafna akkużi. Meta jkun hemm komunikazzjoni ċara, jirnexxielek tirriżolvi ħafna problemi.
- Isma’ opinjonijiet differenti – tkellem ma’ ħbieb, mal-familja jew ma’ xi terapista. Opinjoni ta’ persuna esterna tista’ tipprovdilek ideat differenti u tivvalida s-sentimenti tiegħek.
- Oħloq ċertu limiti – istabblixxi limiti ċari għar-relazzjoni li jgħinuk tasal għal tip ta’ stabbilità u ċarezza.
- Ħu pawża – jekk tara li konfużjoni tibqa’ tippersisti, ikkunsidra li tieħu pawża mir-relazzjoni tiegħek. Xi ftit żmien ‘il bogħod minn xulxin jista’ jagħtik perspettiva ġdida għar-relazzjoni tiegħek.
- Afda fl-intuwizzjoni tiegħek – jekk xi ħaġa repetutament tinħass ħażina jew mhux f’posta, afda lilek innifsek biex tagħmel id-deċiżjoni l-aktar ideali għalik.