4 żbalji li għandek tieqaf tagħmel meta tkun fuq ajruplan

 4 żbalji li għandek tieqaf tagħmel meta tkun fuq ajruplan

Żgur mhux forsi, f’xi vjaġġ fuq l-ajruplan iltqajtu ma’ xi ħadd li għamel xi ħaġa li dejqitkom. Anke jekk dak li għamel, teknikament probabbli għamiltu inti qablu jew se tagħmlu inti warajh, bla ma taf jew tirrealizza.

Hawn taħt se ngħidulkom erba’ żbalji li probabbilment kollha kemm aħna għamilna xi darba jew oħra meta konnha fuq l-ajruplan…

  1. Niżżilna d-dahar tas-siġġu mingħajr ma ħsibna fil-persuna li hemm bilqiegħda fil-filliera ta’ warajna – qabel tniżżel id-dahar, staqsi lill-persuna li hemm bilqiegħda warajk jekk hix problema għaliha jekk tinklina ftit id-dahar tas-siġġu tiegħek.
  2. Kilna xi ikel li għandu riħa qawwija fuq l-ajruplan – tinsiex li fuq l-ajruplan ma tistax tiftaħ it-tieqa u riħa qawwija ta’ xi biċċa ħobż bil-ġobon tat-tursina jew xi biċċa ħuta ma tantx hi ideali.
  3. Ma konnhiex prudenti ma’ ġenituri li qed jivvjaġġaw bi tfal żgħar – nafu li meta tkun fuq l-ajruplan, l-aħħar ħaġa li jkollok aptit huwa li tisma’ t-tfal jibku jew jgħajtu. Madanakollu tfal żgħar ħafna mhux kapaċi jikkontrollaw ċertu emozzjonijiet. Il-ġenituri probabbli diġà jkunu qed iħossuhom imbarazzati minħabba f’hekk, l-aħħar ħaġa li jkollhom bżonn huwa lilek titkerrħilhom.
  4. Għamilna minn kollox biex inkunu minn tal-ewwel li noħorġu minn fuq l-ajruplan – sakemm m’intix mgħaġġel biex taqbad ajruplan ieħor, dejjem għandek tistenna sabiex dawk li kienu bilqiegħda quddiemek joħorġu minn fuq l-ajruplan qabel ma toħorġ inti.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com