5 frażijiet li qatt m’għandek tgħid meta tkun qed tiekol ma’ ħaddieħor
Meta tikkumenta dwar l-għażla tal-ikel ta’ xi ħaddieħor tista’ tħalli impatt negattiv fuq min ikun qed jiekol miegħek, anke meta tagħmel dan mingħajr intenzjonijiet ħżiena.
Qatt ma tista’ tkun taf fiċ-ċert minn xiex tkun għaddejja persuna, partikolarment jekk forsi għandhom xi diżordni alimentari jew problemi tas-saħħa. Allura, meta wieħed jikkummenti fuq l-ikel jista’ jwassal sabiex dak li jkun iħossu kkritikat jew jistħi għall-għażliet tiegħu.
Il-5 frażijiet li m’għandekx tgħid meta tkun qed tiekol ma’ ħaddieħor huma:
- “Żgur qatt ma niekol dik jew l-oħra.”
- “Mhux se tiekol dak kollu, hux?”
- “Qed toqgħod attent illum qisek”, jew “qisek mhux toqgħod attent illum, hux!”
- “Qed tagħmel id-dietà?”
- “Tidher f’saħħtek”
Intant, jekk tkun qed tiekol ma’ xi ħadd u jgħaddilek xi kumment dwar l-ikel li forsi dejqek, tista’ tibdel is-suġġett, tiġbed l-attenzjoni ta’ dak li jkun u tistabbilixxi l-limiti tiegħek fejn jidħlu ċertu kummenti żejda.