5 sinjali li juru li evidentament m’għandux daqshekk grazzja miegħek!
Mhux dejjem faċli tifhem jekk il-ġuvni li għandek grazzja miegħu, għandux grazzja miegħek hu ukoll. Iżda hemm ċertu sinjali li kapaċi jgħinuk tifhem, kważi b’ċertezza jekk iridekx kif tridu int, jew le! Dawn huma ħamsa minnhom:
- Idum biex iwieġeb – Jekk idum ħafna sigħat, jew anke ġranet sħaħ ma jwieġeb messaġġ tiegħek, probabbilment ifisser li m’intix ta’ prijorità għalih.
- Ma tantx jipprova jagħmel pjanijiet – Ġuvni interessat fik se jipprova jagħmel pjanijiet miegħek. Jekk jikkanċella ta’ spiss jew iħalli dejjem lilek torganizza li tiltaqgħu mela jista’ jkun li mhux daqshekk interessat.
- Ma tantx juri interess fejn tidħol ħajtek – jekk tara li m’għandux kurżita dwar l-interessi, il-passatempi u l-ħajja ta’ kuljum tiegħek, mhux qed jipprova jsir jafek aktar.
- Għandu atteġġjament inkonsistenti – Jekk jagħtik l-attenzjoni ġurnata, imbagħad l-għada jisparixxi, jista’ jkun li mhux ċert fuqek u qed iżommok hemm bħala opzjoni għalih.
- Ma jkunx irid jiddefinixxi t-tip ta’ relazzjoni – Jekk jevita diskors fuq il-futur, jew fejn qed imorru l-affarijiet ta’ bejnietkom jaf mhux interessat f’xi storja serja.