7 karatteristiċi li ssibhom fl-aħwa il-kbar

Ħafna drabi l-ordni tat-twelid tiegħek iwassal sabiex tiżviluppa karatteristiċi differenti minn ħutek, kemm jekk inti l-akbar fost l-aħwa, jekk inti tan-nofs, l-iżgħar jew anke tifel jew tifla unika. Hawn taħt se nesploraw ftit karatteristiċi komuni li sabu diversi studji fejn jidħlu l-aħwa l-kbar.
- Għandhom karatteristiċi ta’ mexxejja – Skond studju internazzjonali li sar lura fl-2020, kien instab li ġeneralment persuni f’kariga ta’ Kap Eżekuttiv huma wkoll aħwa kbar, u saħansitra qalu li rnexxielhom jagħmlu suċċess propju għax huma l-aħwa l-kbar.
- Iridu jirnexxu akkost ta’ kollox – Riċerka oħra tgħid li t-tfal il-kbar huma aktar intelliġenti, possibilment minħabba l-attenzjoni li tkun ingħatat lilhom biss qabel ma waslu ħuthom. Din ħafna drabi twassalhom biex ikunu ta’ suċċess akkademikament u professjonalment.
- Huma aktar responsabbli – Taħriġ li kien sar ma’ 2,000 persuna fl-Ingilterra kien sab li t-tfal il-kbar ħafna drabi jqisu lilhom innifishom bħala aktar responsabbli għax matul is-snin ikunu ħadu l-irwol li jieħdu ħsieb lil ħuthom iż-żgħar.
- Isegwu aktar ir-regoli – it-tfal il-kbar ġeneralment jikbru jsegwu aktar ir-regoli, għax ħafna drabi l-ġenituri jkunu aktar stretti magħhom.
- Huma aktar viċin tal-omm – Studji jindikaw li t-tfal il-kbar ġeneralment ikollhom relazzjoni aktar viċina mal-omm. Huma persuni aktar soċjevoli u emozzjonalment disponibbli, u b’hekk isaħħu r-relazzjoni u ħafna drabi ssibhom aktar disponibbli fejn jidħlu sitwazzjonijiet familjari.