9 affarijiet li m’għandekx tgħid lil persuna li għandha d-dimenzja
Meta tikkomunika ma’ xi ħadd li għandu d-dimenzja, hemm ċertu frażijiet li jistgħu jikkawżaw aktar ħsara minflok ġid u li allura għandek tevita li tgħidilhom. Id-dimenzja taffettwa l-abilitajiet emozzjonali u konjittivi ta’ dak li jkun u b’hekk għandna noqgħodu attenti u ngħażlu l-kliem tagħna b’reqqa. Hawn taħt se ssib 9 frażijiet li m’għandekx tgħid lil persuna li għandha d-dimenzja.
- “Ma tiftakarx?” – Din il-mistoqsija tista’ tiffrustrahom u ġġiegħelhom iħossuhom imbarazzati. Dan hekk bħal qisek tkun qed titfa’ dawl fuq in-nuqqas ta’ memorja tagħhom u ġġiegħelhom iħossuhom inadegwati.
- “Le ta’, għandek żball…” – Meta tikkoreġihom jew targumenta magħhom tkun qed twassal sabiex tikkawża aġitazzjoni jew kunflitti żejda.
- “Diġà għidtli!” – Meta turihom li qed jirrepetu ruħhom tispiċċa tikkawżalhom sens ta’ frustrazzjoni. Minflok wieġeb daqslikieku qed tisma’ informazzjoni ġdida.
- “Kif ħassejtek din il-ġimgħa?” – Jista’ jkun ma jiftakrux kif kienu qed iħossuhom qabel, u allura jispiċċaw konfużi dwar kif se jwieġbu. Minflok, iffoka dejjem fuq il-preżent.
- “Tiftakar meta…?” – Oqgħod attent li ma ġġiegħelhomx iħossuhom qishom għaddejjin minn xi test tal-memorja, minflok biddel ftit l-ordni tal-kliem u għid “niftakar meta…”.
- “Qed tkun diffiċli” – Ħafna drabi ma jkunux qed jirreaġixxu b’ċertu mod għax iridu jkunu diffiċli, iżda huwa sempliċiment sintomu tad-dimenzja. Minflok ara li tkun empatiku.
- “X’tixtieq tagħmel?” – Meta trid tistaqsihom din it-tip ta’ mistoqsija, minflok idealment tgħidilhom “ejja mmorru ninħaslu” jew “ejja mmorru nieklu”. B’dan il-mod tiddirezzjona l-azzjonijiet tagħhom b’mod aktar konkret.
- “Ma tafx min jien?” – Toħloqilhomx test tal-memorja, iżda introduċi lilek inniffsek biex tgħinhom iħossuhom sikuri.
- “Ma tiftakarx? It-tali miet!” – Meta tfakkarhom ta’ spiss li persuna partikolari mietet, jispiċċaw iħossu n-niket tat-telfa repetutament. Minflok, iffoka fuq dak li qed jgħidulek u isma’ l-memorji tagħhom.