9 tipi ta’ Maltin li ssib jikkummentaw fuq Are You Being Served

Jekk għandek profil fuq Facebook, mela probabbilment għandek ukoll aċċess għal diversi gruppi, fosthom Are You Being Served. F’dawn il-gruppi ssib diversi persuni li ta’ kuljum igergru, jiddiskutu, jidħku jew jiddieħku b’xi ħaġa jew b’xi ħadd. Tibda tinduna wkoll li hemm gruppi ta’ nies differenti u modi differenti kif jitkellmu u jaġixxu f’dawn il-gruppi…aħna ppruvajna nelenkawhom hawn taħt. Inti tħoss li tappartjeni għal xi wieħed minnhom?
- Dawk li jitfgħu post igergru, iqajmu diskussjoni taħraq iżda mbagħad ma jikkontribwixxux għad-diskussjoni.
- Dawk li jirreaġixxu bl-emoji “haha” fuq xi post emozzjonali, għax mingħalihom hija l-emoji li turi d-dwejjaq.
- Dawk li ma jafux jiktbu waħda sew bil-Malti u li jkollok bżonn taqra l-post sitt mitt darba biex tifhem x’qed jgħidu.
- Dawk li ssibhom jikkummentaw fuq kull post li titla’, qishom qed jitħallsu tal-kontribut tagħhom.
- Dawk li jgergru għax ħaddieħor qed igerger!
- Dawk li malli jitkellem barrani jibgħatuh lura pajjiżu.
- Dawk li jinħbew wara profil falz biex iħossu li jkunu jistgħu jgħidu li jridu.
- Dawk li jittaggjaw lil sħabhom meta jkun hemm xi post ta’ xi ħadd li qed ifittex xi tip ta’ servizz mhux tas-soltu.
- Dawk li flok jagħtuk ir-risposta għall-mistoqsija tiegħek, jagħtuk lezzjoni.