ADHD Minn Lenti Pożittiva
Taf lil xi ħadd li għandu l-ADHD?
Ta’ spiss in-nies jirreferu għal ADHD bħala xi haga negattiva, pero huwa tajjeb li tħares lejn ADHD minn lenti pożittiva! Dawn huma tratti u kapaċitajiet uniċi li jagħmlu lilek jew lit-tfal tieghek kreattivi, spontanji, u enerġiċi.
Il-Motivazzjoni tal- Hyperfocus– Il-kapaċità ta’ hyperfocus tista’ tkun vantaġġ kbir, toffri mod naturali ta kif tiffoka l-attenzjoni u l-enerġija tiegħek b’mod effettiv fil-ħidma tiegħek. “Ħafna xjenzati, kittieba, u artisti b’ADHD kellhom karrieri suċċessivi ħafna, parzjalment minħabba l-kapaċità tagħhom li jiffukaw fuq dak li qed jagħmlu għal sigħat sħaħ,” tgħid Kathleen Nadeau, Ph.D.
Reżiljenza- Nies b’ADHD jistgħu jgħaddu mill-ostakli, jadattaw għal strateġiji ġodda, u jsibu soluzzjonijiet għal problemi kumplessi, normalment aktar malajr min nies neurotypical.
Persuna ta’ Nies- In-nies b’ADHD huma kreattivi, u divertenti — spiss jużaw l-umoriżmu u s-sarkażmu.. Huma għaddew minn sfidi, tgħallmu modi ġodda biex jgħixu bis-sintomi tagħhom, u żviluppaw sens ta’ umiltà u rispett għalihom infushom.
Ġenerożità u Empatija- Nies b’ADHD huma empatiċi, juru l-ġenerożità, u hija faċli hafna li ipoġġu lilhom infushom fiż-żarbun ta’ ħaddiehor.
Sens Qawwi ta’ Ġustizzja- Nies b’ADHD jafu li “ġust” m’għandux dejjem ifisser “ugwali.” Huma jifhmu li l-persuni neurodivergenti jeħtieġu affarijiet differenti biex jirnexxu, u huma impenjati li jgħinu lil min jistgħu.
Spontaneità- Kif tispjega l-blogger ta’ ADDitude Allison Larkin, “L-azzjonijiet impulsivi kultant tirriżulta f’affarijiet meraviljużi.
Ġenerożità u Ħsieb Pożittiv- Nies b’ADHD huma magħrufa għall-ħlewwa tagħhom lejn ħaddieħor. Bħalma qalet l-omm kburija Dee Boling, “Nixtieq iktar li jkolli tfal ġenerużi, kooperattivi u jaħdmu għas-suċċessi tagħhom milli tfal li jiksbu straight A’s mingħajr ma jippruvaw.”
Kreattività- Persuni famużi b’ADHD jinkludu il-kantant Justin Timberlake, il-chef Alexis Hernandez, u l-komiku Howie Mandel, l-atturi; Johnny Depp, Emma Watson, Channing Tatum, Ryan Gosling, u anke l-ġenju, Albert Einstein!. In-nies b’ADHD huma intelliġenti u kreattivi ħafna, u dawn l-uċuħ famużi huma prova t’hekk!
Minflok naraw l-ADHD bħala sfida, ejjew nikkunsidrawh bħala opportunità biex nuru l-uniċità tagħna. Hyperfocus, reżiljenza, u l-empatija huma forzi li jistgħu jsiru strumenti ta’ suċċess kbir. Għalhekk, ħa nkunu ħerqana biex nagħtu valur lil ADHD pożittiv. Meta nagħmlu dan, il-ħajja tagħna ssir aktar sodisfaċenti u żomm f’moħħok li tiċċelebra l-esperjenzi tiegħek frekwenti. L-enerġija tiegħek tista’ tkun kontaġjuża u tgħin biex l-ħajja tkun iktar ispirata u motivata kuljum!