Bejgħ ta’ gżira

 Bejgħ ta’ gżira

Qatt immaġġinajt li jkollok gżira tiegħek? Hekk tkun tista’ tiddeċiedi x’tagħmel fiha. Tibniha, tużaha għad-divertiment, tużaha għal xi okkażjoni speċjali jew saħansitra biex tmur tqatta’ ftit jiem għal kwiet

Bħalissa fis-suq tal-propjeta hawn għal-bejgħ Drake Island. Mhux xi gżira kbira, fiha biss madwar sitt tomniet, gżira li tinsab ftit il-bogħod minn Plymouth, fl-Ingilterra, fejn biex tasal tieħu biss madwar għaxar minuti, ovvjamet bid-dagħjsa. Il-gżira kienet ġiet imsemmija għal Sir Francis Drake

Din il-gżira kienet tintuża għad difiża tal-Ingilterra, u fuqha wieħed għadu jista’ jsib kanuni tat-tmintax -il seklu, kanuni li huma ukoll inklużi fil-prezz. Għal dawk dilettanti tal-istorja, żgur li Drake Island għandha tkun ta’ interess għalihom. Fiha diversi affarijiet fosthom barracks tas-suldati, batteriji, kif ukoll imħażen fejn kienu jaħżnu l-porvli. L-ewwel bini fuq din il-gżira sar fis-sena 1135

Il-gżira kienet intrat fl-2019 għal prezz ta’ sitt miljun Lira Sterlina, u għandha permess biex fuqha tiġi żviluppata lukanda ta’ 43 sodda. Għalissa għal bejgħ ta’ din il-ġżira għad m’hemmx prezz fiss, imma hu magħruf illi jeħtieġu madwa 25 miljun lira sterlina sabiex il-gżira tiġi rrinovata, ftit aktar minn kemm tiswa penthouse f’Malta

Bilħaqq, jekk twebbilt li tixtriha sabiex tqatta’ ftit jiem waħdek fuq din il-gżira, tajjeb li tkun taf li qatt m’int se tkun waħdek, għax fuq il-Drake Island ” jgħixu” madwar ħmistax-il fatat, spirti li huma ta’ rġiel li servew fil-militari

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com