Benefiċċji li ġejjin mill-konsum tal-bebbux

 Benefiċċji li ġejjin mill-konsum tal-bebbux

Il-bebbux. Hawn min lanqas jimmaġinah fil-platt tiegħu u hawn min tgħidx kemm jogħġbu. Hawn min ma jarahx bħala ikla kompluta, imma jogħġbu ħafna meta jmur jieħu xi drink u l-bebbux jingħata bħala appetizer.

U l-konsum tal-bebbux huwa mifrux sew fid-dinja, forsi aktar milli naħsbu. Mhux biss huwa veru komuni fil-Mediterran, imma huwa komuni kemm fl-Afrika u kemm fl-Asja. Ovvjament hemm diversi tipi ta’ bebbux, u t-tip li jittiekel f’reġjuni differenti ivarja. Issib min jgħidlek li l-bebbuxu waħdu m’għandux xi togħma speċjali, imma meta jkun imsajjar b’kapaċita ma’ ingredjenti addattati, joħroġ platt veru tajjeb
L-industrija tal-bebbux qiegħda tikber, u fejn fl-imgħoddi konna immorru niġbru il-bebbux minn xi għalqa, illum hawn irziezet li jkabbru l-bebbux. B’hekk ta’ lanqas jiġi ffrankat it-twaqqiegħ ta’ xi ħitan tas-sejjieħ, li mhux l-ewwel darba li twaqqgħu waqt tiftix għall-bebbux
Imma apparti it-togħma, il-konsum tal-bebbux joffrilna benefiċċji għal saħħitna, u dan jagħmlu ikel veru nutrittiv.

L-ammont ta’ proteina fil-bebbux huwa wieħed simili għal dak misjub fil-laħam tal-majjal jew tal-baqra. Madankollu, l-ammont ta’ xaħam li jsib fil-bebbux huwa ħafna anqas minn dak tal-majjal. Aktar minn hekk, tajjeb li jingħad illi l-bebbux huwa sors tajjeb ħafna ta’ ħadid, Kalċju, Vitamina A, kif ukoll minerali oħra. Kontra dak li ħafna jaħsbu, il-laħam tal-bebbux huwa baxx ħafna fil-kolesterol.

U jekk ma taħmilx il-bebbux għax timmaġinah miexi fuq il-ġilda tiegħek, tajjeb li tkun taf illi l-bebbux fih nutrijenti li tajbin ħafna ġilda tiegħek, b’ħafna prodotti li normalment iddellek ma’ wiċċek, huma ġejjin eżattament mill-bebbux

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com