Biċċa ħobż mixwija fiha l-benefiċċji
Ġieli qomt filgħodu u xammejt ir-riħa tal-ħobż mixwi? Riħa li tidħol f’imnifsejk u ma tħallikx qabel tiekol xi biċċtejn ħobż mixwija int ukoll. Speċjament fix-xitwa, biċċa ħobż mixwija, flimkien ma’ xi tazza te taħraq, tinżillek għasel
U għal ħobż mixwi għandna l-għażla. Fil-pop up toaster u mdellka bil-butir , ġamm jew nutella. Jew sandwich toast, fi-magħluqa biex nifthemu, bil-butir, perżut u ġobon. Imma fuq kollox, aħna l-Maltin, għax il- Maltin dejjem ivvantaġġati fl-ikel, għandna l-għażla li nistgħu nixwu xi biċċa ħobż tal-Malti fuq il-gradilja. Jekk qatt ma ppruvajtha, nissuġġerilek li xi darba tikolha
Imma apparti it-tjubija, kont taf li biċċa ħobż mixwija fiha l-benefiċċji?
• Biċċa ħobż mixwija ittik l-enerġija li għandek bżonn, u peress li x-xaħmijiet saturati jintilfu bix-xiwi, huwa mod tajjeb kif tnaqqas il-piż
• Hemm artikli li jgħidu li biċċa ħobż mixwija hija aħjar milli kieku mhix mixwija għal persuni bid-dijabete
• Ħobż mixwi huwa wieħed mill-ikel li tista’ tiekol jekk ikollok id-dijareja. U jekk tiekol il-ħobż mxwi ma’ xi frot bħal avocado, taf tgħinek ukoll kontra l-konstipazzjoni
• Minħabba r-riħa u t-togħma tal-ħobż, dan l-ikel jiftaħlek l-aptit
Insomma, dawn huma ftit benefiċċji tal-ħobż mixwi. L-importanti li nkunu nafu nikkontrollaw kemm nieklu, għax jekk nispiċċaw nieklu ħafna ħobż, nispiċċaw li flok innaqqasu l-piż, inżiduh.
U bilħaqq ipprova taħraqiex iżżejed. Dan għaliex meta tkun qed tinxtewa, il-ħobż tagħmel dik li jgħidulha reazzjoni Mailllard. Din ir-reazzjoni tipproduċi l-acrylamide, li mhux tjjeb meta jkun f’ livell għoli. Għalhekk meta tinħaraqlek il-ħobż, farfar dawk il-biċċiet suwed