Dal-madoffi tappijiet
Kull min hu mdorri jixrob xi ilma jew luminata mill-flixkun, żgur illi nnota illi t-tappijiet m’għadhomx jinqalgħu minn mal-flixkun, b’konsegwenza li meta tkun qed tixrob tispiċċa bit-tapp jaħbat ma’ mnieħrek. Ħafna nies gergru kontra dan il-metodu ġdid ta’ kif bdew jitwaħħlu it-tappijiet
Li t-tappijiet ikunu magħmulin b’tali mod li ma jinqalgħux meta tiftaħ il-flixkun, kienet idea li ħarġet mill-Unjoni Ewropeja fis-sena 2018. L-għan wara din l-idea kien sabiex jonqos l-ammont ta’ plastik li jintrema barra, speċjalment fit-toroq u fuq il-bajjiet. L-idea hi li t-tapp jibqa’ mwaħħal mal-flixkun, imbagħad il-flixkun jintrema b’kollox fil-kontenituri apposta fejn jintrema il-plastik, fil-każ ta’ Malta fil-magni li jtuk l-għaxar ċenteżmi
Imma tajba kemm hi tajba l-idea għall-ambjent żgur kienet idea li innervjat lil ħafna nies waqt li kienu qed jixorbu. Imma għal kull problema (jew kważi ) hawn min isib soluzzjoni. Jekk tinnota sew, it-tapp huwa marbut b’żewġ biċċiet ta’ plastik żgħar. Jekk taqta’ waħda minnhom, tkun tista’ tixrob aħjar, filwaqt li tħalli t-tapp marbut mal-flixkun
Kieku minnek nippruvaha. Ftit attenzjoni tiffranka milli twaqqa’ fuqek, milli taħbat imieħrek u tkun qed tilħaq l-għan illi l-Unjoni Ewropeja ordnat li jsir