Dan ir-raġel xtara tliet idjar fi Sqallija għal €1 kull waħda…
Qatt għaddielek minn moħħok jekk id-djar li tista’ tixtrihom għal €1 fl-Italja humiex biss xi farsa onlajn? Raġel partikolari minn California rnexxielu jikseb mhux biss waħda, iżda tliet idjar għal €1 kull waħda u qasam l-esperjenza tiegħu onlajn. Dawn huma l-parir tiegħu sabiex anke inti tkun tista’ tikseb dar tat-tip b’suċċess.
- Agħżel il-proġett ġust għalik – Hu beda b’riċerka li wasslitu sabiex jagħżel il-villaġġ ta’ Mussomeli fi Sqallija. Kull villaġġ għandu r-regoli u l-ispejjeż uniċi tiegħu, allura huwa importanti li tifhem dawn x’inhuma.
- Agħmel riċerka tajba u pprepara lilek innifsek – Qabel ma vvjaġġa, dan ir-raġel uża Google Maps u riżorsi oħra biex jifhem kif inhu l-villaġġ u minn hemm għażel tliet propjetajiet li xtaq jixtri.
- Żur il-post qabel ma taċċetta li tixtri – Minflok toqgħod tfittex biss onlajn, malli tagħżel il-villaġġ fejn tixtieq tagħmel l-akkwist, aqbeż qabża s’hemm. Hekk tkun tista’ tara l-propjetajiet u tagħmel deċiżjoni infurmata, filwaqt li tevita xi truffa onlajn.
- Qatta’ biżżejjed ħin fil-villaġġ fejn qed taħseb li tixtri – dan ir-raġel iddedika ġimgħa biex iżur il-villaġġ u l-propjetajiet għall-bejgħ li jospita fih. Hu kellu biżżejjed żmien biex idur il-propjetajiet u jagħmel id-dokumenti kollha neċessarji.
- Kun flessibbli – Hu mar hemm b’moħħ miftuħ u lest biex jara propjetajiet differenti, mhux iffissat fuq propjetà waħda speċifika. Se tiltaqa’ ma’ djar li jaf għandhom problemi fejn jidħlu d-dokumenti.
- Evalwa sew il-kundizzjonijiet tal-post – Hu pprijoritizza li l-post ikollu l-fundamenti sodi, filwaqt li għalaq għajn waħda fejn jidħlu problemi żgħar li faċilment tirranġahom.
- Oħloq baġit u fittex għajnuna fil-lokal – Hu tkellem ma’ arkitetti u bennejja tal-post biex jifhem eżatt kemm jiġi jiswa jirranġa dawn id-djar. Il-prezzijiet li tawh kienu dejjem jibdew minn madwar €20,000.
- Aħdem fuq ir-rinovazzjonijiet b’mod gradwali – Hu ħadem fuq ir-rinovazzjonijiet tad-djar waħda waħda u żamm mar-regoli lokali li jirranġa l-faċċata tad-dar fi żmien tliet snin.
- Aċċetta u sir parti mill-kultura lokali – Hu qal li l-esperjenza tiegħu kienet pożittiva wkoll għax għamel minn kollox biex jintegra fil-komunità tal-villaġġ. Tgħallem livell ta’ Taljan bażiku u tkellem mar-residenti.
X’taħseb, wasal iż-żmien li tagħmel bħalu inti wkoll?