Dan it-tifel qed isibha diffiċli jsib skola li taċċettah
Regoli huma regoli, u kemm fl-iskejjel, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol ikollna nobdu dawn ir-regoli li jkunu ġew imfassla mill-awtoritajiet. Anki jekk f’għajnejna dawn ir-regoli ikunu bla sens, ikollna nimxu magħhom. Jekk ma rridux, l-unika għażla illi jibqgħalna hu li nfittxu xogħol x’imkien ieħor. Eżempju fl-imgħoddi, ċertu postijiet tax-xogħol ma kienux jaċċettaw li ħaddiem ikollu it-tpinġija tidher. Ħafna skejjel ma kienux jippermettu li tifel ikollu misluta. Forsi llum, ċertu affarijiet ġew aktar aċċettati u qisu aktar qed ikun hawn affarijiet tolerati
Imma mhux l-istess jista’ jgħid Farouk James, tifel ta’ tnax-il sena, li qiegħed ikollu problema fl-iskejjel minħabba it-tul ta’ xagħru. L-argumenti tal-iskejjel huwa li t-tul ta’ xagħar tiegħu ma jaqbilx mar- regoli dwar l-uniformi
Minkejja li xagħar Farouk huwa miżmum pulit, ommu qalet li Farouk ilu minn April jiġi kkastigat u mhedded bi tkeċċija jekk ma jaqtax xagħru. Omm it-tifel qalet illi missier Farouk huwa minn parti mill-Ghana fejn it-tradizzjoni hi li t-tifel ma jinqatgħalux xagħru qabel ikollu ċerta eta’. Biex tgħaxxaqha, xagħar Farouk jikber aktar minn normal
Omm it-tifel qalet li ġenituri oħra ġew sfurzati jaqtgħu xagħar uliedhom sabiex jiġu aċċetati fl-iskejjel. Aktar minn hekk, ommu Farouk, Bonnie qalet li kieku Farouk kien tas-sess femminil, ma kien ikun l-ebda problema bit-tul ta’ xagħru, u għalhekk din hija diskriminazzjoni. Fuq kollox, xagħar Farouk huwa naturali u ma ntuża l-ebda kulur jew affarijiet oħra sabex tinbidel id-dehra tiegħu
Meta llum sirna nisħqu li persuna m’għandiex tiġi ġġudikata skont id-dehra, kemm hu sew li istituzzjoni edukattiva timponi regoli ibbażati totalment fuq id-dehra?